Kważi 200 atleta huma mistennija jieħdu sehem fil-Eurosport Malta International Challenge Marathon, li ser issir bejn it-22, it-23 u l-24 ta' Novembru.
Iċ-Challenge, ilha issir fl-aħħar tmiem il-ġimgħa ta' Novembru għal aktar minn 20 sena u tikkonsisti f'maratona sħiħa mifruxa fuq tlett ijiem.
Nhar il-Ġimgħa, 22 ta’ Novembru, l-atleti ser jikkompetu fir-rotta ta’10 Mili (16.049km) fis-Siġġiewi, nhar is-Sibt fuq rotta ta’ 5km f’Marsaskala, waqt li l-itwal tappa tkun in-nofs maratona li se ssir nhar il-Ħadd 24, f’Buġibba u fil-Qawra.
It-tellieqa, li hija organizzata mill-Birkirkara St.Joseph Sports Club taħt l-awspiċi tal-Malta Amateur Athletics Association u taħt ir-regolamenti tal-IAAF. It-tellieqa hija wkoll formalment rikonoxxuta mill-AIMS (Association of International Marathons and Distance Races). Dan ir-rikonoxximent ra l-interess imġedded u żdied parteċipazzjoni internazzjonali. Iċ-Challenge attirat kważi 100 atleta barrani, li qed jivvjaġġaw lejn Malta speċifikament għal din it-tellieqa unika.
Il-Eurosport Malta International Challenge Marathon hija sponsorjata minn Eurosport Malta, Gatorade, Farsons, AIMS, Dolmen Hotel, Malta National Aquarium, Ron Hill, Team Barry u appoġġjat minn Nyoo, The Pasta Shop fil-PAVI & PAMA, Uncle Matt’s Kitchen.
Aktar informazzjoni tinsab fis-sit elettroniku - http://www.maltachallengemarathon.com
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.