Sena ħabs wara li nqabad bid-droga f’party fir-Rabat

  • Nov 20, 2019 09:54
  • Miktub minn iNews
"

    Ralph Harry Anthony ta’ 21 sena mir-Renju Unit kien ikkundannat sena ħabs wara li ammetta li kellu fil-pussess tiegħu d-droga psikotropika u ristretta (ketamina) waqt party li kien qed isir fir-Rabat. Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn il-15 u s-16 ta’ Awwissu li għadda. 

    Anthony kien twaqqaf minn żewġ uffiċjali tal-pulizija pajżana fejn irriżulta li kellu xejn inqas minn 66 qartas ta’ trab abjad moħbija fis-xorts li kien liebes. L-Ispettur Anthony Scerri kien spjega fil-Qorti li l-akkużat kien ukoll ipprova jirreżisti l-arrest tant li l-Pulizija kellhom jieħdu madwar ħames minuti biex ilibbsulu l-manetti.

    Qabel ġiet biex tati l-piena, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke ikkunsidrat in-natura tal-akkużi li tagħhom kien qiegħed jinstab ħati, il-fedina penali tiegħu kif ukoll tal-ammont ta’ droga li nstabet fuqu. 

    Sussegwentement sabitu ħati u kkundannatu piena ta’ sena priġunerija flimkien ma’ multa ta’ €600. Il-Qorti ordnat ukoll li tinqered is-sustanza flimkien ma’ oġġetti oħra li kienu ġew esebiti fil-Qorti f’dawn il-proċeduri. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0