Under 19: Il-Maltin isofru t-tielet telfa

  • Nov 20, 2019 00:45
  • Miktub minn iNews
"

    Mata ..........0

    Ċipru .........2

    Wara żewġ telfiet konsekuttivi - waħda kontra l-Italja bl-iskor ta’ 2-0 u oħra kontra s-Slovakkja bl-iskor ta’ 3-0, it-team nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena temm l-impenji tiegħu fi Grupp 6 ta’ kwalifikazzjoni tal-Kampjonati Ewropew ta’ Taħt id-19-il sena b’telfa diżappuntanti ta’ 2-0 kontra Ċipru, liema skor seta’ kien ikbar li kieku ma kienx għall-goalkeeper ta’ Birkirkara, Amara Sylla, li wettaq saves deċiżivi u determinanti speċjalment fl-ewwel taqsima.

    Il-Maltin ftit li xejn kienu perikolużi ħlief darba fl-ewwel taqsima eżattament, fid-39 minuta, meta l-player ta’ Sliema Wanderers, Alexander Satariano, kellu t-tentattiv tiegħu jistampa mal-mimduda.

    Min-naħa l-oħra, iċ-Ċiprijotti fetħu l-iskor permezz ta’ free-kick mill-isbaħ ta’ Thomas Nikolau li ma ta l-ebda ċans lil Sylla jsalva. Dan filwaqt li huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tieni goal, minuta fil-ħin miżjud permezz ta’ Andronikos Kakoullis.

    Il-formazzjoni Maltija kienet din:

    1-Amara Sylla, 3-Andreas Vella, 4-Glenn Attard, 5-Christian Gauci, 6-Shaun Dimech, 8-Jamie Sixsmith, 9-Paul Mbong, 10-Jake Ghio (18-Ryan Tonna 80), 11-Alexander Satariano, 13-Sebastian Grech (14-Mattia Veselji 64), 15-Carlo Zammit Lonardelli  - Coach: Winston Muscat

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0