Under 21: Malta megħluba mit-team qawwi tad-Danimarka

  • Nov 20, 2019 00:43
  • Miktub minn iNews
"

    Danimarka ..... 5

    Malta ............. 1

    It-team nazzjonali ta’ Taħt il-21 sena safa megħlub mid-Danimarka bl-iskor kbir ta’ 5-1.

    Kif jindika r-riżultat, il-Maltin sabuha ferm diffċli biex jirreżistu għad-dominju u l-pressjoni kontinwa tad-Daniżi. Iżda fuq nota pożittiva rnexxielna nsibu x-xibka avversarja minn Nicholas Pulis.

    Id-Daniżi ma setgħux kellhom bidu aħjar għax wara biss minuta huma fetħu l-iskor minn Jacob Bruun Larsen. Tliet minuti biss wara, huma rduppjaw  meta wara li rċieva l-ballun minn corner ta’ Nikolai Laursen, pront kien Victor Nelsson li mill-viċin tefa’ ġewwa.

    Id-Daniżi komplew jippressaw u wara kwarta logħob, għamluhom tlieta permezz ta’ Jens Odgaard.

    Imbagħad, fid-39 minuta rebħu penalty meta d-difensur ta’ Sliema Wanderers, Kurt Shaw, waqqa’ player avversarju fil-kaxxa. Mill-11-il metru Jacob Bruun Larsen irreġistra d-dop-pjetta personali.

    Iżda minuta minn tmiem l-ewwel taqsima, Nicholas Pulis naqqas il-marġni meta kkonkluda b’kanunata mill-pass ta’ Matthew Guillaumier. Fis-67 minuta, id-Daniżi ssiġillaw ir-rebħa permezz ta Andreas Skov Olsen.

    Il-formazzjoni Maltija kienet:

    1-Andreas Vella, 2-Jean Borg, 4-Nicholas Pulis, 5-Kurt Shaw, 6-Matthew Guillaumier, 8-Jamie Zerafa, 9-Zachary Brincat (19-Omar Elouni 90), 11-Myles Beerman (10-Jan Busuttil 74), 13-Zachary Grech, 14-Marcus Grima (17-Jan Tanti 74), 16-Nevin Portelli (7-Aidan Jake Friggieri 87) - Coach: Silvio Vella

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0