Inter Miami iridu lil Mario Mandzukic

  • Nov 20, 2019 00:31
  • Miktub minn iNews
"

    L-attakkant Kroat, Mario Mandzukic, ħeġġeġ lill-aġent tiegħu sabiex jirsistilu u f’Jannar li ġej isiblu team ma’ min jilgħab. Il-player ta’ 33 sena ma lagħabx darba matul dan l-istaġun ma’ Juventus u mhux fil-pjani tal-coach Maurizio Sarri. Dan kollu qed iġib frustrazzjoni kbira mill-plejer li anke tħalla barra mil-lista tal-UEFA Champions League.

    Diversi clubs qed jissemmew li jistgħu jakkwistaw il-firma tiegħu fosthom Manchester United u Borussia Dortmund. Fl-aħħar sigħat żdied ukoll isem ta’ club ieħor u dan huwa dak Amerikan ta’ Inter Miami li David Beckham huwa l-proprjetarju tiegħu.

    Dan il-club se jkun qed jagħmel id-debutt tiegħu fil-Major League Soccer, fl-14 ta’ Marzu li ġej, b’logħba kontra Los Angeles Galaxy. Beckham irid jibni team kompetittiv li jista’ jisfida għall-unuri.

    Sadanittant Mandzukic qed jistenna bil-ħerqa l-aqwa offerta sabiex jerġa’ jkun jista’ jilgħab.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0