Il-flyovers tal-Marsa se jservu għal aktar minn 100 sena

  • Nov 19, 2019 16:55
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg iddikjara fil-Parlament li l-proġett tal-Marsa, inluż il-flyovers, se jservi għal iktar minn 100 sena.

    Huwa kien qed iwieġeb domanda tad-deputat Nazzjonalista Chris Said li xtaq ikun jaf jekk sarux it-testijiet neċessarji biex jiġi assigurat li ż-żewġ flyovers miftuħa jifilħu ċertu tgħabija.

    Il-Ministru Borg wieġeb li l-ewwel struttura għandha gverta iffurmata minn 56 travu tal-konkos li kull wieħed jiżen 36 tunellata mentri t-tieni flyover għandha 13-il travu tal-azzar.

    Huwa spjega kif iż-żewġ strutturi ġodda jserrħu fuq 16-il kolonna tal-azzar u tal-konkos li nbnew fuq pedamenti li jinkludu 137 pilastru tal-konkos.

    Il-Ministru Borg semma wkoll kif ix-xogħol kollu tal-proġett huwa suġġett għal skrutinju kontinwu minn timijiet differenti ta' periti, inġinieri u esperti oħra.

    “Tajjeb jingħad li dan il-proġett ġie iddisinjat li jsir b'materjali u metodi li jiżguraw li l-istrutturi ewlenin tiegħu, fosthom il-flyovers, ikunu jistgħu jibqgħu jintużaw bl-inqas interventi ta' tiswijiet u manutenzjoni possibbli, għal aktar minn 100 sena”, huwa sostna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0