It-Tlieta, il-Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), is-Sur Leo Brincat għamel żjara uffiċjali fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) fejn ġie milqugħ mill-Awditur Ġenerali, Charles Deguara u mid-Deputat Awditur Ġenerali, Noel Camilleri.
Is-Sur Brincat ippreżenta lill-Awditur Ġenerali kopja tar-Rapport Annwali tal-Qorti kif ukoll rapport interessanti ħafna, li wkoll kien maħruġ dan l-aħħar, bit-titlu ‘A Special Report (Audit) on Migration Management and Hot Spots’. Dan ir-rapport dwar suġġett tant importanti partikolament fil-Mediterran, li sar mit-team immexxi mis-Sur Brincat, jagħti ħarsa estensiva, fost l-oħrajn, lejn hot spots fl-Italja u fil-Ġreċja.
Waqt li kien qed jindirizza lill-ogħla uffiċjali ta’ dan l-uffiċċju, is-Sur Brincat appella biex l-QEA u l-NAO jibqgħu jaħdmu id f’id biex jindirizzaw problemi u issues li qed jinkwetaw liċ-ċittadini tagħna. Huwa apprezza x-xogħol li qed isir mill-NAO anki fil-qasam internazzjonali bil-għan li titkattar il-koperazzjoni bejn uffiċċji nazzjonali tal-verifika partikolarment dawk li jinsabu fl-istess ċirkostanzi bħal tagħna.
Is-Sur Brincat enfasizza wkoll il-bżonn li nibqgħu norganizzaw konferenzi konġunti f’pajjiżna bejn il-QEA u l-NAO li jkomplu jiffukaw fuq l-aħjar prattiki fil-qasam tal-awditjar, kemm estern kif ukoll intern, immirati speċjalment għas-settur pubbliku.
Min-naħa tiegħu, l-Awditur Ġenerali għal darb’oħra saħaq li l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika huwa kommess li jibqa’ jaħdem f’koperazzjoni sħiħa mal-QEA li għandha funzjoni tant importanti biex jiġi assigurat l-aktar użu effiċjenti u effettiv tal-fondi użati mill-Kummissjoni Ewropea u entitatjiet oħra.
B’referenza partikolari għall-ħidma tal-NAO, Charles Deguara saħaq li din kienet sena oħra ferm impenjattiva għal dan l-uffiċċju. Fil-fatt, minbarra r-rapporti li ġew maħruġa matul l-2019, li jiffokaw fuq bosta suġġetti varji li xi wħud minnhom jiġu eventwalment diskussi fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi, l-uffiċċju ħadem fuq bosta inizjattivi oħra fosthom l-organizzazzjoni ta’ żewġ konferenzi internazzjonali f’Malta b’kollaborazzjoni sħiħa mal-EUROSAI u l-INTOSAI. L-Awditur Ġenerali wassal l-apprezzament sħiħ tiegħu lid-Deputat Awditur Ġenerali u l-istaff kollu tal-uffiċċju għad-dedikazzjoni u professjonalità li juru konsistentament fix-xogħol tagħhom.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.