F’kummenti li ta lil midja l-Prim Ministru Joseph Muscat hu u dieħel Kastilja saħaq li bagħat ittra lil Avukat Ġenerali jekk biex kemm-il darba jingħataw il-provi meħtieġa li jwasslu għal prosekuzzjoni tal-mandatatur tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia dak li qed jissejjaħ il-middleman jiġi rakomandat li jingħata l-maħfra Presidenzjali.
Muscat sostna li ħass li kellu jerfa’ r-responsabilità waħdu bħala Prim Ministru tal-pajjiż biex bi provi b’saħħithom jitressaq quddiem il-ġustizzja l-mandant tal-qtil ta’ Caruana Galizia.
Fir-rigward tat-tempistika l-Prim Ministru Muscat tenna li ma jemminx li l-proċess se jkun ikkaratterizzat minn xhur, iżda lanqas mhu se jkun qed jikkonsisti minn biss ftit jiem.
Il-Prim Ministru spjega li l-persuna meqjusa bħala middleman bħalissa tinsab taħt protezzjoni stretta u appella għall-prudenza u l-kawtela min-naħa tal-midja.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.