Il-poplu tal-Bolivja qed jiffaċċja nuqqas ta’ provvisti essenzjali

  • Nov 19, 2019 07:44
  • Miktub minn iNews
"

    L-uffiċjali tal-Bolivija wasslu permezz ta’ ajruplani għadd ta’ provvisti bażiċi fil-kapitali La Paz hekk kif jidher li ċ-ċittadini qegħdin isofru minn nuqqas kbir ta’ provvisti ta’ ikel u anke fjuwil. 

    Dan il-mod kif titwassal l-għajnuna, li l-uffiċjali tal-pajjiż iridu li jiġi implimentat anke fi bliet oħrajn, huwa l-uniku wieħed kif l-provvisti meħtieġa jitwasslu liċ-ċittadini. Dan hekk kif it-toroq ewlenin ġew imblukkati permezz ta’ barrikati li twaqqfu mill-attivisti tal-eks-President Evo Morales. 

    Morales kien irriżenja fl-10 ta’ Novembru li għadda u kien ingħata kenn politiku fil-Messiku. L-instabbiltà fil-pajjiż qamet wara li bosta kienu dawk li qalu li kien hemm tbagħbis fl-aħħar el­ezzjoni ġenerali. Minn tal-inqas 23 persuna tilfu ħajjithom f’din l-instabbiltà politika. 

    Il-President intermim, Jeanine Áñez, li wkoll qiegħda tiffaċċja sejħiet biex tirriżenja qalet li hija se tkun qiegħda ssejjaħ elezzjonijiet “trasparenti” malajr kemm jista’ jkun u terġa’ tiġi stabbilità “l-kre­dibbiltà demokratika”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0