Olivier Giroud jibqa’ fir-radar ta’ Inter

  • Nov 19, 2019 00:47
  • Miktub minn iNews
"

    Hekk kif il-coach ta’ Inter Antonio Conte qed jinsisti li jkollu aktar players minn fejn jagħżel fl-attakk, id-diriġenti Beppe Marotta u Piero Ausilio lesti li jikkuntentawh hekk kif qed ikomplu jinsistu sabiex jieħdu lejn Milan lill-attakkant Franċiż Olivier Giroud.

    Dan tal-aħħar jinsab imdejjaq ħafna f’Londra ma’ Chelsea u qed jitlob sabiex jiġi rilaxxat. Il-coch Frank Lampard ftit qed jużah fl-ewwel 11 tant li s’issa lagħab biss erba’ logħbiet staġjonali.

    Din is-sitwazzjoni ma ħarbitx l-għajnejn attenti tal-coach tat-team nazzjonali Franċiż, Didier Deschamps, li appella lid-diriġenti ta’ Chelsea sabiex iħalluh jitlaq minħabba li l-player qed ibati minn sitwazzjoni psikoloġika. Huwa qal li s-Serie A jaf ikun il-kampjonat li jerġa’ jagħti ħajja ġdida lill-player ta’ 33 sena.

    Giroud ingħaqad ma’ Chelsea fis-sena 2018 mingħand Arsenal u lagħab 44 partita u skorja ħames goals.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0