Kważi elf każ ta' vjolenza domestika fl-ewwel disa' xhur tas-sena

  • Nov 18, 2019 18:39
  • Miktub minn iNews
"

    Matul l-ewwel disa’ xhur tas-sena l-Pulizija rreġistrat kważi elf każ ta’ vjolenza domestika. Qal dan il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia meta kien qed iwieġeb għal Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Byron Camilleri.

    Il-Ministru Farrugia qal li mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena sat-30 ta’ Settembru li għadda l-Pulizija rresġistrat 1,002 każ ta’ vjolenza domestika.

    Filwaqt li d-Deputat Camilleri staqsa biex din l-istatistika tingħata lokalità b’lokalità, il-Ministru Farrugia tenna li dettalji tar-rapporti skont il-lokalità tista’ twassal biex ċerti individwi, kemm min ikun wettaq ir-reat u kemm il-vittma, jistgħu jkunu identifikati minħabba li f’ċerti lokalitajiet żgħar ikunu waħdiet il-każi ta’ vjolenza domestika.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0