Il-Ministeru għal Għawdex bi proġett pilota suċċess biex ikollna reverse osmosis fl-iskejjel kollha Għawdxin

  • Nov 18, 2019 18:18
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt attività mtella’ fl-okkażjoni tal-European Waste Reduction Week fl-iskola primarja tax-Xewkija, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li l-iskema tar-reverse osmosis fl-iskejjel kienet suċċess. 

    Il-Ministru Caruana qalet kif iktar kmieni s-sena l-oħra hi stess waqqfet il-Kumitat Reġjonali tal-Eko-Skola fejn l-istudenti setgħu jressqu l quddiem proġetti u jingħataw fondi mill-Ministrru għal awdex. Waħda mill-ewwel proposti kienet mill-istudenti tal-iskola primarja tax-Xewkija biex jiġi installat apparat tar-reverse osmosis fl-iskola tagħhom. Din il-proposta żviluppat fi skema ffinanzjata mill-Ministeru għal awdex għall-iskejjel kollha t’Għawdex, fejn 12-il skola ser ikunu qed jibbenefikaw minn fondi sabiex jinstallaw sistema ta’ reverse osmosis u b’hekk jitnaqqsu l-ammont ta’ fliexken tal-plastic użati fl-iskejjel tagħna.

    Il-Ministru Justyne Caruana wriet l-apprezzament tagħha lill-istudenti ta’ din l-iskola li wkoll ressqu suġġerimenti għal proġetti oħrajn u ppreżentaw analiżi dwar l-iskart li jiġġġenerat fix-Xewkija. ‘Huwa ta’ sodifazzjon li l-istudenti ta’ din l-iskola għandhom daqshekk kuxjenza dwar il-ġenerazzjoni tal-iskart u dan għall-fatt li fix-Xewkija hemm il-faċilità fejn jinġabar l-iskart kollu ta’ Għawdex’.

    Ix-Xewkija għalhekk għandha tkun minn ta’ quddiem nett biex nippromwovu aġenda għat-tnaqqis tal-iskart u qed nipproponi li l-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Kunsill Lokali tax-Xewkija jagħtu r-riżorsi kollha meħtieġa lill-istudenti tagħna biex f’Għawdex ikun hemm l-ewwel raħal li jkollu t-tabella tal-Consumeless tal-Ministeru għal Għawdex”, qalet il-ministru għal Għawdex.

    Waqt din iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tar-reverse osmosis ġiet ukoll inawgurata statwa ta’ San Ġwann li ġiet irrestawrata minn Hubert Saliba, liema xogħol ġie wkoll iffinanzjat mill-Ministeru għal awdex

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0