Inawgurat il-proġett tat-turbini tar-riħ fil-Montenegro

  • Nov 18, 2019 15:50
  • Miktub minn iNews
"

    F’Mozura, il-Montenegro, illum ġie inawgurat il-proġett multi-miljunarju tat-turbini tar-riħ, liema proġett twettaq b’investiment mill-kumpanija International Renewable Energy Development, magħmula minn konsorzju li jinkludi lill-Enemalta plc u s-Shanghai Electric Power flimkien ma’ investituri oħra li huma l-Envision Energy International Ltd. u l-Vestigo Clean Energy.

    L-inawgurazzjoni ta’ dawn il-proġett saret mill-Prim Ministru, Joseph Muscat, li kellu jakkumpanjawh lill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, Joe Mizzi, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela, kif ukoll dak tat-Turiżmu, Konrad Mizzi. Iċ-Ċermen ta’ Enemalta plc, is-Sur Kevin Chircop, kif ukoll il-Kap Eżekuttiv, l-Inġ Jason Vella, ukoll kienu preżenti waqt din l-inawgurazzjoni.

    Dan il-proġett, li se jiġġenera 3% tal-enerġija li tiġġedded fil-Montenegro, tnieda f’Novembru tal-2015 u jikkonsisti fi 23 turbina tar-riħ ta’ żewġ megawatt il-wieħed u huwa mifrux fuq medda ta’ 13-il kilometru fin-nofsinhar tal-pajjiż. Huwa stmat li l-investiment f’dan il-proġett internazzjonali, li huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu għal Enemalta plc, jammonta għal madwar €90 miljun.

    Iċ-Ċermen ta’ Enemalta plc, is-Sur Kevin Chircop, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għat-twettiq ta’ dan il-proġett. Huwa sostna li l-involviment tal-kumpanija fl-isfera internazzjonali hija xhieda tal-viżjoni li ssawwret fl-aħħar snin fi ħdan it-tmexxija ta’ Enemalta plc li qed tissarraf f’riżultati kummerċjali mill-aktar pożittivi kif ukoll f’servizz ta’ livell ogħla li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-poplu Malti u Għawdxi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0