[FILMAT] “Huwa diżgustanti li fl-2019 il-pajjiż għadu jiddiskuti l-gender pay gap”

  • Nov 18, 2019 14:52
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja irrimarka kif huwa diżgustanti li fl-2019 il-pajjiż għadu jiddiskuti l-gender pay gap jiġifieri d-differenza fil-ħlas bejn l-irġiel u n-nisa għall-istess xogħol.

    Huwa rrimarka dan waqt li kien qed jindirizza seminar organizzat mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) proprju dwar il-gender pay gap u d-differenza fil-pensjoni tal-irġiel u n-nisa.

    Bugeja saħaq li ma jistax jifhem kif jista' jkollok sitwazzjoni fejn l-irġiel u n-nisa jitħallsu b'mod differenti għall-istess xogħol li jagħmlu u nsista li l-mentalita trid tinbidel.

    Huwa sosta li mhux il-bniet biss jiġu sterjotipati biex jaqbdu karriera flok oħra għax hemm anke subien li jiġu pressati biex isegwu ċertu karrieri.

    Bugeja żied li m'għandnix nitkellmu dwar trobbija tat-tfal mill-missirijiet u l-ommijiet imma dwar trobbija miż-żewġ ġenituri li jgħinu lil xulxin.

    Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU reġa' tenna li huma favur t-trasparenza fil-pagi għall-istess xogħol u lmenta li hemm 'employers' li jġiegħlu impjegati tagħhom ma jitkellmux fuq kemm jaqilgħu.

    Bugeja enfasizza wkoll li għandu jkun hemm bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja fejn anke semma r-'right to disconnect' jiġifieri li meta ma jkunux xogħol il-ħaddiema għandhom ikollhom id-dritt għall-ħin ħieles.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0