Motorsports: It-tim Malti, KC Racing, qed jikkompeti fil-World GT Championship

  • Nov 18, 2019 11:00
  • Miktub minn iNews
"

    It-tim tal-eSports Malti, KC Racing, li jikkonsisti mis-sewwieqa, Keith Camilleri, Brandon Tabone, Omar Barbara, Kurt Camilleri, Bernard Vella, John Agius, Richard Gafencu u sponsorjati minn Vesaro qegħdin jikkompetu fil-World GT Championship.

    Għal dan il-kampjonat it-tim qed isuq Ferrari 488 GTE. Din il-karozza intgħażlet wara li ġew ittestjati numru ta karozzi differenti u t-tim skopra li din il-karozza hija tajba fiċ-ċirkwiti kollha, mhux dejjem l-iktar veloċi iżda offriet l-aħjar prestazzjoni inġenerali fiċ-ċirkwiti kollha.

    Dan il-kampjonat ħa lit-tim fi 13-il ċirkwit differenti, minn Brands Hatch GP, Snetterton 300, Bella Isle, Zolder GP, Imola Gp, Monza Gp, Laguna Seca, Spa, Motegi Gp, COTA, Silverstone Gp, Road America Bend u Catalunya.

    Nhar it-Tnejn 18 ta Novembru huma se jkunu fil-Watkins Glen għall-aħħar tellieqa u l-finali tal-kampjonat. Dawk jagħmilhom 34 tellieqa b’kollox fosthom tellieqa endurance ta’ 90 minuta u l-kumplament Sprint Races li jikkonsistu fi tliet tiġrijiet ta’20 minuta kull waħda.

    Għal Keith Camilleri iċ-ċirkwit ta’ Imola huwa ċ-ċirkwit favorit segwit minn Catalunya. Keith qalilna li Imola huwa l-aktar favorit għax irnexxielu jsuq hemm b‘karozza reali.

    Bħalissa Keith Camilleri jinsab fl-ewwel post tal-kampjonat tas-sewwieqa b‘vantaġġ ta’ 137 punt, u t-tim KC Racing jinsab fl-ewwel post b‘vantaġġ ta’ 441 punt.

    Jekk it-tim jispiċċa waħda mit-tliet tiġrijiet li fadal jirbaħ kemm il-Kampjonat tas-Sewwieqa kif ukoll dak tat-Tim. Jekk dan iseħħ dan ikun estremament suċċess kbir peress li din hija l-ewwel darba li KC Racing qed jieħdu sehem f'dan il-kampjonat.

    L-aħħar round li jikkonsisti fi tliet tiġrijiet ta'20 minuta kull wieħed ser isir f'Watkins Glen nhar it-Tnejn 18 ta Novembru u se jkun livestreamed u disponibbli permezz ta'link fuq il-paġna ta' facebook ta'KC Racing eSports.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0