L-aġenti ewlenin tad-ditta Renault f’Malta, Kind’s Autosales Ltd għadhom kif ippreżentaw il-ħames ġenerazzjoni tal-mudell Renault Clio bħala ikona awtomobilistika. Sal-lum il-ġurnata madwar 15-il miljun junit ta’ Renault Clio ġew mibjugħa, sa minn meta ġiet ippreżentata għall-ewwel darba, jiġifieri, mill-1990. Minn dak inhar din il-karozza saret l-iktar mudell li nbiegħ madwar id-dinja. Il-Clio tirrapreżenta l-iktar karozza favorita tal-popolazzjoni Franċiża u ilha fil-quċċata tal-B Segment fl-Ewropa sa mill-2013. Din il-karozza għandha peformance ta’ bejgħ mill-aqwa. Fil-fatt il-bejgħ tal-Clio żdied l-iktar bejn l-2012 u l-2018.
B’disinn iktar modern u atletiku, l-Clio il-ġdida kompliet ġġedded is-suċċess ta’ 30 sena ilu u kompliet tissaħħaħ fuq l-erba’ ġenerazzjonijiet preċedenti, billi fetħet kapitlu ġdid fl-istorja tagħha.
Mill-Clio I, għandha dak kollu meħtieġ biex għamluha tidher karozza kbira fid-dimensjonijiet tagħha. Simili tal-mudell li ħareġ fl-1990, il-Clio il-ġdida għandha teknoloġija li ssibha f’mudelli tal-ogħla livell, bħal Megane u l-Espace. Mill-Clio II, il-mudell il-ġdid adotta standards għolja ta’ spazju u kumdita`, waqt li l-mudell il-ġdid ġibed era ġdida f’termini ta’ kwalita`, u disinn b’saħħtu li aspira r-range kollha ta’ Renault biex sar trademark ta’ veru.
Ir-Renault Clio l-ġdid ġie ddisinjat skont il-prinċipju tal-kumpanija “Evolution and Revolution”, fejn qed jerġa’ jinkiteb ktieb ta’ regoli li joffri stil ta’ body matur, u interjuri kompletament ġdid. Il-karozza toffri linji b’iktar skultura, u parti ta’ quddiem iktar assertiv. Ir-Renault Clio il-ġdid issa għandu iktar vitalita`, modern, waqt li baqa’ jintgħaraf, minkejja l-fatt li għandu 100% parts ġodda.
Fil-parti interjuri, r-revoluzzjoni tad-ditta tidher ċara daqs il-kristall. Fil-fatt din il-parti hija ddisinjata kompletament mill-ġdid, ispirata minn segments ta’ mudelli ta’ livell iktar għoli, kemm f’termini ta’ kwalita` kif ukoll f’dik li hija teknoloġija disponibbli. Dawn huma punti b’saħħithom li minnhom jibbenifikaw is-sewwieqa kollha, fejn qed tkun offruta iktar prattiċita` u l-vettura hija iktar faċli biex tużaha.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.