Max Verstappen jirbaħ il-GP tal-Brażil

  • Nov 18, 2019 00:23
  • Miktub minn iNews
"

    Is-sewwieq Olandiż tal-Formula Wieħed, Max Verstappen (Red Bull) rebaħ il-GP tal-Brażil li sar fiċ-ċirkwit ta’ Interlagos.

    Din it-tiġrija kellha tmiem spettakolari hekk kif Verstappen, li ddomina għal ħinijiet twal, irreġistra ħin ta’ 1:33:14.678 ... b’vantaġġ ta’ 6.077 sekondi fuq il-Franċiż, Pierre Gasly (Toro Rosso) li daħal fit-tieni post.

    Iċ-champion renjanti, il-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes) kellu jikkuntenta bit-tielet post wara li kellu kuntatt mal-karozza tat-Tajlandiż, Alex Albon (Red Bull).

    Dan minbarra li ż-żewġ sewwieqa tal-Ferrari, il-Ġermaniż, Sebastian Vettel u dak minn Monaco Charles Leclerc,  daħlu f’xulxin, biex kellha toħroġ is-safety car.

    Din it-tiġrija rriżultat bħala waħda klassika l-ak­­tar għall-fatt li kienet karat­terizzata minn dwell ferm interessanti bejn Max Verstappen u Lewis Ha­milton, b’tal-ewwel jir­nexxielu jgħaddi lis-sew­wieq champion tad-dinja darbtejn matul it-tiġrija.

    L-aktar li bbenefika minn dan kien Gasly li temm fit-tieni post, b’dan is-sewwieq li ġie mwarrab minn Red Bull, jirnexxielu jikseb l-ewwel podju fil-karriera tiegħu fuq karozza Toro Rosso.

    F’kummenti li ta wara din it-tiġrija, ir-rebbieħ Olandiż, qal li kien ferm kuntent b’din ir-rebħa minħabba li xejn ma kienet faċli u se tibqa’ mmarkata b’ittri tad-deheb fil-karriera tiegħu hekk kif kienet mimlija emozzjonijiet u li ratu jegħleb l-isfida tant missielta kontra ċ-champion renjanti.

    Ta’ nota huwa l-fatt li dan ir-riżultat ma affettwax il-klassifika minħabba li t-titlu huwa mirbuħ minn Hamilton li għandu 396 punt, segwit minn Valtteri Bottas (314), Max Verstappen (230), Pierre Gasly (95) u Carlos Sainz (92) u Alex Albon (84).

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0