Dries Mertens m’għandu xejn gravi

  • Nov 18, 2019 00:53
  • Miktub minn iNews
"

    It-tobba tat-team nazzjonali Belġjan aċċertaw lid-diriġenti ta’ Napoli li l-attakkant Dries Mertens ma ġralu xejn wara li  waqt il-logħba bejn Belġju u Russja, il-plejer ta’ 32 sena ħareġ mill-ground fit-52 minuta wara daqqa li qala’ fuq rasu. Kien l-istess Mertens stess li mar fuq il-media soċjali sabiex iserraħ ras il-partitarji ta’ Napoli li ma ġralu xejn speċjali bil-coach Belġjan, Roberto Martinez ,idaħħal lil Youri Tielemans minfloku bi prekawzjoni.

    Din kienet aħbar tajba għall-coach tal-Partenopei, Carlo Ancelotti, li diġá għandu lill-attakkant Pollakk, Arkadiusz Milik, li għadu ma rkuprax għalkollox mill-kundizzjoni fiżika tiegħu.

    Belġju rebħu lir-Russja bl-iskor ta’ 4-1 sabiex spiċċaw l-ewwel fil-grupp tagħhom ta’ kwalifikazzjoni għal Euro 2020.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0