Uffiċjal midrub wara li ntlaqat bi vleġġa f'saqajh f'Hong Kong ... biża' li se jinxtered id-demm

  • Nov 17, 2019 20:23
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Pulizija ċċirkondat campus tal-università f’Hong Kong. Jidher li fih hemm dimostranti li kienu qegħdin jiġġieldu billi jwaddbu vleġeġ u bombi tal-pitrolju. Kawża tal-vleġeġ li twaddbu kien hemm uffiċjal li ndarab wara li ntlaqat f’saqajh. 

    Uffiċjali wissew li se jkollhom jużaw armi li jistgħu jiswew l-ħajjiet jekk dawn id-dimostranti se jibqu jattakkaw b’dawn l-armi.

    Il-persuni fl-università li ġiet iċċirkondata huma bil-mijiet u minkejja li għexieren minnhom ġew arrestati, il-maġġoranza għadhom ġewwa.

    Il-Pulizija qiegħda tibża’ li mal-ewwel mossa biex tidħol fl-università se jkun qiegħed jinxtered id-demm minħabba li issa dawn il-protesti qegħdin jitqiesu bħala rvelli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0