Tlieta arrestati wara sejba ta' droga ġo dar f'Ħal Qormi

  • Nov 17, 2019 13:09
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Pulizija qed iżżomm taħt arrest tliet żgħażagħ, tnejn minn Ħal Qormi u wieħed minn Ħaż-Żebbuġ, wara s-sejba ta' ammont ta' droga ġo dar f'Ħal Qormi stess.

    Kienu pulizija mill-Special Intervention Unit li waqt rodna fi Triq Dragonara, San Ġiljan, innutaw żewġ ġuvintur ħdejn vettura jaġixxu b'mod suspettuż.

    Il-pulizija innutaw wieħed minnhom joħroġ bott mill-vettura u kien f'dan il-mument li l-istess pulizija arreastaw liż-żewġ Qriema li għandhom 26 u 21 sena.

    Fil-bott irriżulta li kien hemm ħaxixa tal-kannabis waqt li fuq wieħed miż-żgħażagħ instabu €1,300.

    Meta l-Pulizija wettqet rejd fid-dar ta' wieħed minnhom sabet baskett b'erba' boroż ħaxixa tal-kannabis u żewġ boroż oħra bl-eroina.

    B'rabta ma' dan il-każ hija arrestat lit-tielet żagħżugħ li għandu 27 sena u joqgħod Ħaż-Żebbuġ.

    Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech kienet infurmata bil-każ u ħatret diversi esperti biex jgħinuha fl-inkjesta.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0