L-Italja l-ewwel pajjiż b’lezzjonijiet obbligatorji dwar it-tibdil fil-klima

  • Nov 17, 2019 12:05
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    L-Italja mistennija ssir l-ewwel pajjiż li jibda jagħti lezzjonijiet obbligatorji dwar it-tibdil fil-klima lit-tfal tal-iskola. 

    Il-Ministru tal-Edukazzjoni Taljan, Lorenzo Fioramonti ħabbar li mill-bidu tas-sena akkademika li ġejja, l-iskejjel kollha tal-istat Taljan se jkunu qegħdin jiddedikaw mill-inqas siegħa fil-ġimgħa dwar kwistjonijiet relatati ma’ tibdil fil-klima. 

    Barra minn hekk, il-Ministru qal li anke s-suġġetti tradizzjonali bħall-ġeografija, il-matematika u l-fiżika se jiġu studjati minn perspettiva ta’ żvilupp sostenibbli. Sostna li l-Ministeru qiegħed jaħdem biex jinbidel il-mudell edukattiv ħalli jpoġġi fiċ-ċentru s-sostenibbiltà u l-klima. 

    Fioramonti, li hu mill-Moviment Cinque Stelle, ġie kkritikat f’Settembru li għadda għax kien qed jinkoraġġixxi lill-istudenti biex ma jmorrux l-iskola u minflok jieħdu sehem fi protesti dwar it-tibdil fil-klima. 

    Il-Ministru li għandu 42 sena u li kiteb diversi kotba fejn jargumenta li l-prodott domestiku gross m’għandux jibqa’ jintuża biex jitkejjel is-suċċess ekonomiku ta’ pajjiż, spiċċa fil-mira tal-0ppożizzjoni sa minn meta sar ministru fil-Gvern ta’ koalizzjoni bejn iċ-Cinqu Stelle u l-Partit Demokratiku. 

    Fil-fatt, il-proposti tiegħu biex ikun hemm taxxi fuq il-biljetti tal-ajru, fuq il-plastik u fuq l-ikel biz-zokkor ħalli minn dawn il-flus jinħolqu fondi għall-edukazzjoni ġew attakkati bil-kbir mill-kritiċi tiegħu li qalu li t-Taljani diġà jħallsu taxxi żejda. 

    Kien ukoll qajjem kontroversja meta ssuġġerixxa li l-kurċifissi għandhom jitneħħew mill-klassijiet tal-iskejjel Taljani biex joħolqu ambjent aktar inklussiv għal dawk li mhumiex Kristjani. 

    Minkejja din il-kritika, il-Gvern Taljan fil-baġit ippreżentat din il-ġimgħa inkluda taxxa fuq il-plastik u anke taxxa fuq ix-xorb biz-zokkor. Fil-fatt, il-Ministru nnifsu qal li minkejja li ġie rredikolat u trattat bħala idjota, ftit tax-xhur wara l-Gvern qed juża żewġ proposti minn tiegħu, filwaqt li ħafna aktar nies jinsabu konvinti li dan hu l-mod kif għandhom isiru l-affarijiet. 

    Hu sostna li hemm bejn 70 u 80% tat-Taljani li jaqblu ma’ taxxi fuq iz-zokkor u fuq il-biljetti tal-ajru. Il-Ministru qal li dawn it-taxxi mmirati jservu biex inaqqsu l-konsum li jagħmel ħsara kemm lill-ambjent u anke lin-nies. Fl-istess waqt qal li jiġġeneraw riżorsi għall-iskejjel, għas-sigurtà soċjali u biex tonqos it-taxxa tad-dħul. 

    Barra minn dawn it-taxxi, l-istess ministru qed jissuġġerixxi anke taxxi fuq il-logħob tal-azzard u fuq il-profitti mit-tħaffir għaż-żejt. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0