Raġel isofri ġrieħi gravi f'ħabta fis-Siġġiewi

  • Nov 16, 2019 20:54
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta’ 66 sena residenti s-Siġġiewi sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li kien involut f’ħabta fis-Siġġiewi. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30 p.m. fi Triq il-Qrendi.

    Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li l-ħabta kienet tinvolvi vettura tat-tip Daihatsu misjuqa mir-raġel ta’ 66 sena, u vann tat-tip Hino Dutro misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti wkoll is-Siġġiewi.

    Fuq il-post mar tim mediku li ħa lir-raġel ta’ 66 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

    L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0