“Rivoluzzjoni” fl-industrija tal-funerali fi Franza

  • Nov 16, 2019 15:34
  • Miktub minn Melvin Farrugia
"

    Is-soċjetajiet madwar id-dinja dejjem qegħdin jixjieħu u għalhekk il-mewt qiegħda ssir xin ħaġa li minnha jsir in-negozju. Iż-żgħażagħ Franċiżi qegħdin jieħdu vantaġġ minn din is-sitwazzjoni u qegħdin jintroduċu diversi servizzi ġodda biex jagħmlu l-qligħ minnhom. Eżempju ta’ dawn iż-żgħażagħ hu Maxime Nory ta’ 32 sena li kien student f’Lyon fi Franza.

    Flimkien ma’ ħabib tiegħu bdew jaħsbu biex jibdew l-istart up tagħhom u minn tant setturi li pprovaw jidħlu fih, spiċċaw għażlu dak tal-funerali. Bdew jaħsbu li kienet industrija fejn ħadd ma ried jaħdem, jew inkella li joħroġ b’innovazzjoni fiha u għalhekk dan qanqal l-interess tagħhom. Ħasbu wkoll li peress li bħala industrija kienet qiegħda tiġi ttraskurata mill-intraprendituri, allura seta’ kien hemm opportunitajiet tajbin. Kellu raġun għax in-negozju tal-funerali hi industrija li qiegħda tikber. Bħal f’ħafna pajjiżi oħra, il-popolazzjoni fi Franza qiegħda tixjieħ u allura n-numru ta’ mwiet qiegħed jiżdied. Fil-fatt, statistika uffiċjali turi li sal-2050 huma mistennija li jmuutu aktar minn 770,000 persuna u damn b’żieda ta’ 531,000 mis-sena 2000.

    Barra minn hekk, studju li sar minn konsulenti Franċiżi juri li l-qligħ mill-funerali żdied b’25% bejn l-2006 u l-2016, filwaqt li s-suq tal-funerali kien jiswa €2.5 biljun matul is-sena li għaddiet. L-idea ta’ Nory ħadmet u llum hu l-kap eżekuttiv tal-kumpanija start-up Simplifia li tipprovdi servizzi ta’ funerali u tħaddem 22 persuna. Il-kumpanija tiegħu tipprovdi software lil negozji tal-funerali biex jgħinhom iqassmu l-proċess tal-organizzazzjoni tal-funerali, filwaqt li jaħdem direttament mal-familji ta’ dawk li jkunu mietu biex tmexxilhom il-proċessi amministrattivi bħall-għeluq tal-pensjonijiet u l-kontijiet bankarji. Din il-kumpanija għamlet suċċess u hi msieħba ma’ aktar minn 700 negozju tal-funerali fi Franza. Dan mhux l-uniku negozju innovattiv fil-qasam tal-funerali. AdVitam hi wkoll kumpanija start-up li toffri pjattaforma onlajn bis-servizzi kollha relatati mal-funerali.

    Il-kap eżekuttiv Philippe Meyralbe ta’ 38 sena ddeċieda li jidħol fis-settur wara li ġie biex jorganizza l-funeral tal-missieru. Hu ħass li l-proċess tradizzjonali kien xokkanti u b’nuqqas ta’ dinjità. Ra li l-kummissjonant kien biss moħħu biex jaqla’ l-flus, filwaqt li hu kellu jaħli ħafna ħin li seta’ jqattgħu mal-familja f’dak il-mument daqshekk delikat. Bħala kumpanija, AdVitam m’għandhiex preżenza fiżika. Minflok, il-familji jorganizzaw il-funeral u jixtru l-affarijiet relatati prmezz ta’ imejl jew inkella billi jċemplu lill-konsulenti li fosthom ikun hemm wieħed preżenti waqt il-funeral. B’dan il-mod, il-klijenti jingħataw servizz aktar effiċjenti u b’valur għal flushom. Sa mill-2016, din l-istart-up organizzat aktar minn 1,500 funeral u ġabrt €1.8 miljun mill-investituri. Ġiet ukoll magħżula għall-akbar inkubatur teknoloġiku fl-Ewropa - Station F.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0