Ġlied bejn dimostranti u pulizija fi Franza fl-ewwel anniversarju tal-protesti tas-sdieri s-sofor

  • Nov 16, 2019 15:15
  • Miktub minn iNews
"

    Il-pulizija Franċiża kellha tagħmel użu minn gass tad-dmugħ biex tikkontrolla dimostranti fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta’ Franza li niżlu fit-toroq biex ifakkru l-ewwel anniversarju mindu nbdew id-dimostrazzjonijiet tal-isdieri s-sofor.

    Intant dimostranti f’Pariġi, il-biċċa l-kbira tagħhom b’wiċċhom mgħammad, niżlu fit-toroq u taw in-nar lil laned taż-żibel u anke bdew jitfgħu ġebel fil-konfront tal-pulizija.

    Il-midja lokali rrapportat diversi inċidenti bejn id-dimostranti u l-pulizija hekk kif id-dimostranti bdew jippreparaw biex jaqsmu l-belt.

    Rapporti jgħidu wkoll li l-pulizija kellhom jintervjenu biex jaċertaw li ma jiġux imblukkati toroq ewlenin, u mill-inqas 33 persuna ġew arrestati.

    Id-dimostrazzjonijiet tal-isdieri s-sofor ngħataw bidu f’nofs Novembru tas-sena li għaddiet, bid-dimostranti jinżlu fit-toroq biex jipprotestaw kontra ż-żidiet fil-prezzijiet tal-fjuwil.

    Id-dimostrazzjonijiet komplew jinfirxu f’moviment akbar kontra l-President Franċiż Emmanuel Macron u l-miżuri ekonomiċi li kien qed jieħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0