Il-VAR dalwaqt fis-Serie B ukoll

  • Nov 16, 2019 00:15
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Lega Serie B qed jevalwaw il-possibbiltá li jdaħħlu l-Video Assistant Referee, magħrufa bħala l-VAR fit-tieni kategorija tal-football Taljan. Il-president ta’ din l-għaqda Mauro Balata, fid-19 ta’ Novembru, se jlaqqa’ lill-presidenti u captains tat-timijiet li jiffurmaw is-Serie B Taljana li ġej fit-tentattiv li jiddaħħal dan il-proġett teknoloġiku.

    Il-ħsieb huwa li sal-aħħar ta’ Mejju, xi uffiċjali tal-logħba jistudjaw sew is-sistema ta’ kif taħdem din it-teknoloġija sabiex eventwalment tiddaħħal fix-xahar ta’ Ġunju meta jsiru l-play-offs deċiżivi.

    L-uniku intopp li qed isib Balata huma proprju l-ispejjeż marbuta ma’ dan il-proġett li jlaħħqu l-eluf ta’ ewro. Madankollu huwa determinat li fi żmien mhux ‘il bogħod tiddaħħal din is-sistema li ġabet rivoluzzjoni fil-logħba tal-football.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0