Napoli jaħdmu sabiex iġeddu l-kuntratt ta’ Fabian Ruiz

  • Nov 16, 2019 00:11
  • Miktub minn iNews
"

    Id-direttur sportiv ta’ Napoli, Cristiano Giuntoli, u l-aġent Alvaro Torres f’dawn is-sigħat qed jaħdmu id f’id sabiex jaslu għat-tiġdid fil-kuntratt tal-player ta’ nofs il-ground Spanjol Fabian Ruiz.

    Il-president, Aurelio de Laurentis, mhux lest iċedi lil dan il-player ferm strumentali u bdiet ħidma bla heda sabiex ikun hemm irtokki fil-kuntratt. Bħalissa l-player jaqla’ €1.5 miljun kull staġun b’De Laurentis  lest li jżidlu s-salarju u jiffissa prezz ta’ €180 miljun sabiex jaqta’ qalb il-ġganti Spanjoli Barcelona u Real Madrid li jinsabu interessati fil-firma tiegħu.

    Fabian Ruiz huwa midfielder Spanjol ta’ 23 sena li ilu mal-Partenopei sa mis-sena 2018 fejn lagħab 31 partita u skorja sitt goals.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0