It-tim ta’ investigaturi li qed jinvestiga it-tiġrif tat-titjira MH17 tal-linja tal-ajru Malaysia Airlines fuq l-Ukrajna ppubblika telefonati ġodda li kienu interċettati li qed jisħqu li fosthom hemm rekordings ta’ kmandanti militari Russi jitkellmu ma’ ġellieda separatisti u uffiċjal tal-Kremlin.
It-telefonati interċettati kienu rilaxxati aktar kmieni llum bħala parti minn sforz ġdid mit-tim Olandiż, magħruf bħala t-Tim Investigattiv Konġunt (JIT), fit-tiftix għal xhieda ġodda dwar dan l-inċident li ħalla 298 vittma.
F’Ġunju li għadda l-prosekuturi Olandiżi ħabbru li tliet Russi u Ukren se jkunu qed jgħaddu ġuri fl-Olanda għall-allegat involviment tagħhom fit-tiġrif tat-titjira.
Meta ħabbru l-akkużi, il-prosekuturi kienu qalu li kien hemm xhieda ta’ linja diretta ta’ kmand bejn l-uffiċjali Russi u l-ġellieda separatisti li kienu qed jiġġieldu fil-Lvant tal-Ukrajna.
Nhar is-17 ta’ Lulju tal-2014, it-titjira MH17 kienet fi vjaġġ minn Amsterdam lejn Kuala Lumpur meta ntlaqtet minn missila, u ġġarrfet fit-territorju tal-Lvant tal-Ukrajna li kien ikkontrollat mill-ġellieda separatisti.
Fi stqarrija li nħarġet flimkien mat-telefonati interċettati, il-JIT qal li kien qed ifittex għal aktar xhieda hekk kif il-prosekuturi qed ikomplu jiġbru aktar evidenza qabel jibda l-ġuri f’Marzu tas-sena li ġejja.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.