Il-maltemp juri kemm il-mina hija vitali

  • Nov 14, 2019 16:21
  • Miktub minn iNews
"

    Ir-riefnu li ħakem lil pajjiżna fl-aħħar jiem kompla juri kemm mina bejn Malta u Għawdex hija vitali biex tnaqqas l-iskariġġ li jgħaddu minnhom l-Għawdxin li jaħdmu Malta.

    Il-maltemp wassal biex matul il-jum tat-Tlieta l-Gozo Channel ħassret il-vjaġġi bejn iż-żewġ gżejjer u kien l-Erbgħa li dawn reġgħu irritornaw għan-normal għalkemm il-vapuri bdew jgħaddu minn wara Kemmuna, biex jiffrankaw il-mewġ, kif isir kull meta jkun ċertu riħ.

    Il-waqfien tal-imsemmi servizz wassal biex Għawdxin li jaħdmu Malta spiċċaw ma setgħux jirritornaw fi djarhom u kien grazzi għal inizjattiva tal-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana li ġew offruti diversi lukandi u postijiet ta' akkomodazzjoni biex ikollhom fejn iqattgħu l-lejl bil-Gvern jagħmel tajjeb għan-nefqa.

    L-għalliema Għawdxin li jaħdmu Malta fl-iskejjel tal-Istat ingħataw ukoll il-ġurnata tal-Erbgħa off biex ikunu jistgħu jistrieħu.

    Is-sospensjoni tal-vjaġġi bejn iż-żewġ gżejjer reġa' qajjem id-dibattitu dwar il-mina bil-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg jiddikjara li fil-ġimgħat li ġejjin Infrastruttura Malta se toħroġ is-sejħa internazzjonali għal dawk interessati li jibnu u joperaw il-mina.

    Borg għadda dan il-kumment fl-isfond ta' dawk li d-deputat Nazzjonalista Chris Said beda jtella fuq il-profil tiegħu ta' Facebook.

    Id-deputat min-Nadur tella filmat tal-maltemp u rrimarka li dan huwa dak li jridu jiffaċċjaw l-Għawdxin f'ġurnata xitwija bħal din.

    Said appella lill-Ministru Borg biex ma jagħmilx ballun politiku minn dak li  huwa iddeskriva bħala “proġett li tant hu importanti għall-futur ta' Għawdex u l-Għawdxin”.

    Waqt li appellalu biex jippubblika l-istudji kollha malli jitlestew, id-deputat Għawdxi sostna li l-PN kien diġa jaqbel mal-mina fl-2010 u nsista li dan jista' jagħmel differenza kbira għall-aħjar fil-ħajja tal-Għawdxin.

    Huwa rrimarka li jekk il-Ministru Borg jagħmel dak li hu obbligu tiegħu ħafna aktar nies jagħrfu kemm dan il-proġett huwa importanti għall-futur tal-gżira.

    Said appella wkoll lill-Gvern biex jagħti ġurnata off lil dawk l-Għawdxin li nqabdu Malta u jaħdmu miegħu u ħeġġu biex jikkumpensa lill-privat li jagħti jum off lill-ħaddiema tiegħu għall-istess raġuni kif ukoll stieden lill-unjins iħeġġu lill-Gvern jattwa din il-proposta.

     

     

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0