Malta timplimenta taħriġ ġdid dwar l-imġiba bħala parti mill-kampanja #DigitalChallenge

  • Nov 14, 2019 15:47
  • Miktub minn iNews
"

    MAPFRE Malta qed timplimenta taħriġ ġdid dwar l-imġiba, flimkien mal-kumpanija Globali bħala parti mill-kampanja #DigitalChallenge. Dan it-taħriġ huwa parti minn inizjattiva strateġika u l-impenn tal-kumpanija lejn trasformazzjoni diġitali. It-taħriġ jinkludi 9 sessjonijiet ta’ 7 siegħat kull wieħed, li qed jingħata lil aktar minn 300 impjegat ta’ MAPFRE Middlesea, MAPFRE MSV Life u MAPFRE Middlesea Assist. Barra minn hekk, saru 2 sessjonijiet oħra lill-mexxejja ta’ dawn il-kumpaniji, b’hekk 12 -il siegħa ta’ taħriġ għal Managers u Senior Managers kollha.

    L-Għan ta’ dawn is-sessjonijiet huwa li l-impjegati jkunu f’pożizzjoni aħjar biex jadattaw għal bidliet diġitali, u b’hekk l-ambjent tax-xogħol jkollu aktar flessibilità u aġilità, u jkun hemm l-għodda meħtieġa sabiex ikun hemm kollobrazzjoni, tqassim ta’ għarfien u żvillup ta’ profil diġitali u modi ġodda ta’ tmexxija. B’hekk, l-għanjiet ewlieni wara din it-trasformazzjoni diġitali huma li titpoġġa attenzjoni sħiħa fuq il-klijent, waqt li tinkiseb eċċellenza fl-immaniġjar tekniku u tal-operazzjonijiet.

    L-implimentazzjoni tat-taħriġ fl-imġiba ta’ din il-kampanja #DigitalChallenge qed issir abbażi ta’ 3 tipi ta’ imġiba li huma rikonoxxuti mil-korporazzjoni. L-ewwel imġiba tiffoka fuq kollaborazzjoni biex b’hekk jitjiebu il-proċessi ta’ teħid ta' deċiżjonijiet u l-komunikazzjoni. 

    B’hekk l-impjegati jkollhom aktar setgħa u jkunu mħeġġa jaqsmu l-ideat u jikkontribwixxu lejn il-kisba tal-aħjar riżultati possibbli. Dan il-livell ta’ kollaborazzjoni jista' jinkiseb billi jiġu adottati proċessi interni li jinkoraġġixxu l-qsim ta 'informazzjoni rilevanti, kooperazzjoni ma’ dawk ta’ madwarek fl-ambjent tax-xogħol u involviment fi proġetti importanti, fejn l-impjegati kapaċi jżidu aktar valur.

    Minkejja dan, MAPFRE tħeġġeġ ukoll lill-impjegati tagħha biex ikunu flessibli u jadatttaw għall-bidla u b’hekk jimmaniġġjawha b’mod li jieħdu deċiżjonijiet kemm b'mod effiċjenti kif ukoll effettiv, waqt li jkunu lesti li jitgħallmu kontinwament affarijiet ġodda u jiżviluppaw lilhom infushom. It-tielet mġiba tinkoraġġixxi lill-impjegati biex jkunu innovattivi u jtejbu 

    l-kapaċitajiet strateġiċi tal-kumpanija billi jidentifikaw ideat u soluzzjonijiet għal trasformazzjoni kontinwa.

    B'dan it-taħriġ ta’ mġieba, l-għan ewlieni huwa li tiġi żviluppata kultura ta' xogħol li hija bbażata fuq il-fiduċja u mmexxija mir-riżultati. Huwa imperattiv li jkun hemm sens ta’ aġilità biex b’hekk jinqdew il-ħtiġijiet tal-klijenti, waqt li kull impjegat jkun jista’ jimmanġġja l-ħin tiegħu. Impenn, fiduċja u flessibilità bejn il-kumpanija u l-individwu se jkunu fatturi ewlenin li jiffukaw fuq ir-riżultat aħħari. Għalhekk, l-impjegati jkunu jistgħu jiddeċiedu kif, meta u fejn jaħdmu sabiex ikunu aktar produttivi u effettivi bl-għan li jiksbu riżultati aħjar. Dan jippermetti lil kumpanija tqiegħed lill-klijent fiċ-ċentru tal-ħidma.

    "Permezz ta 'dawn l-inizjattivi, aħna qed nippromwovu l-idea li nagħmlu l-affarijiet b’mod aħjar, biex b’hekk inkunu aktar flessibli fl-operazzjonijiet tagħna sabiex inkunu aktar innovattivi u kreattivi. Barra minn hekk, irridu ngħinu lill-impjegati jieħdu d-deċiżjonijiet huma stess, permezz ta’ ‘ trial and error’ u b’hekk jitgħallmu mill-iżbalji u jimxu l-quddiem. B’hekk dejjem nistimulaw l-esperjenza u jkun hemm tagħlim kontinwu fi ħdan l- organizzazzjoni” qalet Ines Silva , Uffiċjal Kap tar-Riżorsi Umani fil-MAPFRE Middlesea.

    "Qed naħdmu biex ikollna ambjent ta’ xogħol aktar divers u inklusiv fi ħdan MAPFRE, fejn ikun hemm rispett bejn l-impjegati u struttura organizzattiva aktar ċatta, fejn nieħdu l-ħin li nisimgħu lil xulxin u naraw li kulħadd għandu iċ-ċans jgħid x’jaħseb. Nemmnu li ninsabu fit-triq it-tajba.” 

    MAPFRE se tkompli jaħdem favur is-sostenn ta’ ambjent tax-xogħol li jaħdem għat-trasparenza, innovazzjoni u ħidma f’tim biex b’hekk ikun hemm kollaborazzjoni waqt li l-klijent dejjem jitpoġġa fiċ-ċentru tal-operazzjonijiet u l-istrateġiji.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0