Carmelo Delia tiċċelebra l-20 sena ta' kollaborazzjoni ma' Gruppo Lube

  • Nov 14, 2019 11:08
  • Miktub minn iNews
"

    Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, fix-showroom ta' Carmelo Delia ġie ċċelebrat l-20 sena ta' ħidma flimkien ma' Gruppo Lube, kumpanija Taljana tal-għamara li bħalissa tinsab fil-quċċata fis-suq tal-kċejjen ġewwa l-Italja. Ħafna mistednin attendew, inklużi disinjaturi, periti u xi rappreżentanti oħra tas-suq tal-għamara flimkien mad-Diretturi ta' LioudiceD poltrone e’ sofa, u kif ukoll uħud mill-klijenti li jagħmlu użu mis-servizzi tagħna. 

    Konna onarati li nilqgħu żewġ rappreżentanti minn Gruppo Lube, Senior Manager Ms Saiedeh Bagheri responsabbli minn Cucine Lube u Creo Kitchens u Senior Manager Ms Patrizia Giorgi li hi responsabbli minn Faer Ambienti.

    Sentejn ilu, ix-showroom ta' Carmelo Delia wettaq xogħol ta' rinovar fil-pjan terran tiegħu. Għal din l-okkażjoni, gew irranġati wkoll żewġ sulari oħra biex il-klijenti jkunu jistgħu jgawdu mill-aktar kreazzjonijiet riċenti ta' Gruppo Lube.

    Fl-ewwel sular bħalissa qed tittella' wirja ġdida ta' Cucine Lube u Creo Kitchens, li tirrappreżenta firxa meraviljuża ta' elementi li żgur se jilqgħu għal gosti differenti, minn moderni għal klassiċi. Fit-tieni sular wieħed jista' jsib wirja sħiħa ta' kmamar tas-sodda Faer Ambienti, li qed tniedi wkoll kollezzjoni ġdida Atelier Notte. L-iktar karatteristika prominenti minn din il-kollezzjoni hija l-varjetà komposizzjonali tagħha.

    Carmelo Delia fi Triq il-Wied f'Birkirkara, ġie rikonoxxut għal bosta snin bħala l-kumpanija li toffri l-aqwa għamara f'termini kemm ta' kwalità, ta' għażla kif ukoll ta’ servizz.

    MIX-XELLUG GĦAL-LEMIN KIF JIDHRU FIR-RITRATT

    Ms. Saeideh Bagheri - Cucine Lube Representative

    Mr. Mario Gauci - Director Carmelodelia by Vialino Ltd

    Ms. Karen Spiteri - Managing Director Carmelodelia by Vialino Ltd

    Mr. Luke Spiteri - Director Carmelodelia by Vialino Ltd

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0