Żewġt irġiel f'argument minħabba karozza f'nofs it-triq

  • Nov 13, 2019 17:45
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 50 sena mill-Gudja nstab ħati li weġġa' lill-ġar wara argument li nqala' fuq karozza ipparkjata f'nofs triq dejqa.

    L-inċident seħħ fit-28 ta' Awwissu 2013, għall-ħabta tas-2.30 p.m., fi Triq iż-Żebbuġa u dwar dan il-każ Mario Dingli kien mixli mill-Ispettur Carol Fabri li ikkaġuna ġrieħi gravi lil John Mercieca.

    Mill-provi li tressqu quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit irriżulta li Dingli kien qed ibattal xi bagalji mill-karozza wara ġimgħa vaganza f'Għawdex.

    Bint il-vittma talbitu biex iressaq il-karozza min-nofs u kien hawn li nqala' argument bejn iż-żewġt irġiel li spiċċa b'Mercieca, ta' 68 sena, mal-art.

    Waqt li Mercieca sostna li Dingli tefgħu mal-art, l-akkużat sostna li kien Mercieca li beda jxejjer idejh, ħabat sidru ma' idu u waqa'.

    Wara li semgħet il-provi l-Maġistrat Stafrace Zammit irrimarkat li minkejja l-verżjonijiet konflinġenti hija temmen il-verżjoni tal-vittma.

    Hija sostniet li ma temminx lil Dingli meta qal li ma jafx kif Mercieca spiċċa mal-art u saħqet li ma jagħmilx sens li jara anzjan mal-art u jaħrab flok jgħinu.

    Kien għalhekk li waqt li sabet lil Dingli ħati ikkundannatu sena ħabs sospiża għal sentejn.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0