‘Ħajjin vs Mejtin’ ma’ 50 sena ta’ ħidma teatrali

  • Nov 13, 2019 11:17
  • Miktub minn iNews
"

    L-Għaqda teatrali Dwal Ġodda tagħlaq 50 sena mit-twaqqif tagħha fis-sena 2020.  Trid li tniedi din iċ-ċelebrazzjoni ta’ ftuħ lejn il-ġejjieni bil-produzzjoni f’2 atti : ‘Ħajjin vs Mejtin’, nhar il-Ġimgħa u s-Sibt 22, 23 ta’ Novembru fit-8.00 p.m. u l-Ħadd 24 fis-6.30 p.m., fi Spazju Teatrali f’Ħal Għargħur.  Din il-produzzjoni qed tintiseġ mill-membri huma u jlaħħmu kitba ta’ Martin Gauci.

    Kollox iseħħ f’kamra mortwarja ‘ta’ barra minn hawn’.  Hemm, bħal f’ħolma jew ħmar il-lejl, il-mejtin jieħdu l-ħajja meta l-ħajjin jinħakmu mir-regħba, jew mill-fissazzjoni f’dak li ma jistgħux jakkwistaw dak il-ħin.  Jaslu l-ħajjin jintebħu li l-mejtin qed jieħdu l-ħajja?  U kif jidħol ir-‘Rigor Mortis’? 

    Din il-produzzjoni m’hix se tkeskes l-mejtin kontra l-ħajjin.  Il-‘ħajjin/mejtin’ jinkludu s-superviżer, dawk li jnaddfu, il-kummisjonanti, il-bikkejja, il-bokkamorti (u l-udjenza?).  Il-mejtin/ħajjin iqanqluhom bi sparks li jistgħu jkunu għodda fejjieda li tgħin biex dil-ħajja jgħixuha bi tbissima.

    ‘Ħawwadni ħa nifhmek!’ : hekk ikollna sfiċċa ntennu kemm f’wiċċ il-ħajja kif ukoll f’wiċċ il-mewt.  Jiġifieri din kummiedja jew traġedja?  Il-mewt tkun traġedja biss jekk meta jinżel is-separju l-bniedem ma jkollux ħila jitbissem.  Wara kollox, ‘in-naħa l-oħra m’hemmx wisa’ għal swied ta’ qalb u gdiedem.  Il-mewt titbissimlek kull ħin u tagħmel sew titbissmilha lura’.

    Għal aktar informazzjoni tista' żżur: https://www.facebook.com/dwalgoddatheatre/

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0