Vincenzo Montella qed jirriskja postu

  • Nov 13, 2019 00:42
  • Miktub minn iNews
"

    Wara t-telfa umiljanti ta’ 5-2 li Fiorentina sofrew kontra Cagliari, is-sitwazzjoni fil-belt ta’ Firenze xejn m’hi mill-ħelwin. Jidher li d-diriġenti tal-Viola qed jikkunsidraw li jneħħu lill-coach attwali Vincenzo Montella u għandhom f’moħħhom li jpoġġu fil-kariga lill-ex coach ta’ Inter, Luciano Spalletti.

    Minkejja li l-ogħla awtoritajiet tal-club ħarġu stqarrija li Montella mhux fil-periklu li jitneħħa, diversi kritiċi tal-football Taljan qalu li l-paċenzja tal-president Rocco Commisso qed tispiċċa.

    Minkejja l-interess għal Spalletti, din il-mossa mhux se tkun daqshekk faċli minħabba li dan tal-aħħar għadu taħt kuntratt ma’ Inter u s-somom sabiex iġibuh lejn Stadio Artemio Franchi xejn m’huma irħas.

    Fiorentina jinsabu fid-disa’ post tal-klassifika b’16-il punt minn 12-il logħba. Huma ssaħħu matul dan l-istaġun bl-akkwist ta’ diversi players fosthom Franck Ribery u Kevin Prince Boateng.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0