Udinese kuntenti b’Luca Gotti

  • Nov 13, 2019 00:34
  • Miktub minn iNews
"

    Id-direttur sportiv tal-club minn Friuli, Pierpaolo Marino, qal li għalissa t-tim se jibqa’ jkun immexxi minn Luca Gotti li nħatar għal din il-kariga b’mod temporanju sabiex jieħu post l-eks coach Igor Tudor. Marino qal li huwa jinsab f’kuntatt kontinwu mal-familja Pozzo li jmexxu lil dan il-klabb u għalissa ġie deċiż sabiex jibqgħu għaddejjin b’din it-triq.

    Marino kompla jgħid li matul din il-ġimgħa ra aktar trankwillitá fil-players u għalhekk ma xtaqux jerġgħu jħarbtu lill-players.

    Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, huma ġew draw ta’ 0-0 f’darhom kontra SPAL sabiex waqqfu sensiela negattiva ta’ ħames telfiet konsekuttivi. Huma jinsabu fit-12-il post fil-klassifika b’14-il punt minn 12-il logħba. Huma jmisshom jilagħbu barra minn darhom kontra Sampdoria meta jerġa’ jibda l-kampjonat wara l-waqfa internazzjonali.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0