Unjin tal-għalliema titħalla ssejjaħ direttivi

  • Nov 12, 2019 14:58
  • Miktub minn iNews
"

    Imħallef ma laqax talba ta' unjin tal-għalliema biex twaqqaf lil dik ewlenija milli ssejjaħ lill-membri tagħha biex jobdu numru ta' direttivi dwar l-LSEs.

    L-MUT talbet lill-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili twaqqaf lill-UPE milli toħroġ direttivi lill-LSE2s li laħqu bejn l-2016 u 2018 għax sostniet li hija qed tinnegozja mal-Gvern dwar kwistjoni li tinvolvi grupp ta' LSEs.

    Il-President tal-MUT Marco Bonnici sostna li n-negozjati mal-Gvern isiru mill-MUT għax huma jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-edukaturi u sostna li d-direttivi msemmija jippreġudikaw id-diskussjonijiet mal-Gvern.

    Il-Kap Eżekuttiv tal-UPE Graham Sansone irribatta billi qal li huma mhux jippretendu rikonoxximent fis-settur edukattiv biex tittratta b'mod kollettiv imma riedet tiddefendi lill-membri tagħha bħala individwi.

    Wara li sema x'kellhom xi jgħidu ż-żewġ naħat, l-Imħallef Joseph Zammit McKeon semma kif huwa veru li l-MUT għandha d-dritt li tittratta b'mod kollettiv imma fl-istess waqt ma setgħetx iżżomm lill-UPE milli taqbeż għall-membri tagħha fuq kwistjonijiet li ma jikkonċernawx lilha.

    Kien għal din ir-raġuni li ma laqax it-talba tal-MUT biex iwaqqaf id-direttivi tal-UPE.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0