Bartolo favur li l-istudenti jaħdmu minbarra li jistudjaw

  • Nov 12, 2019 19:54
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo huwa tal-fehma li l-pajjiż għandu jiddiskutu l-limitu ta' 20 siegħa xogħol għall-istudenti biex ikunu jistgħu jieħdu l-istipendju.

    Kien fil-Parlament li Bartolo esprima l-opinjoni tiegħu li hemm bżonn diskussjoni dwar dan hekk kif sostna li hemm studenti li huma favur li jiżdiedu s-siegħat li jistgħu jaħdmu fil-ġimgħa.

    Waħda mir-regoli biex l-istudenti jieħdu l-istipendju tgħid li huma ma jistgħux jaħdmu iktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa.

    Bartolo irrimarka kif mill-madwar 24,000 student li għandhom iktar minn 16-il sena u għadhom jistudjaw mal-10,000 jaħdmu waqt li għaddejjin bl-istudji mentri fl-Universita ta' Malta huma 6,000 l-istudenti minn 11,000 li jaħdmu u jistudjaw.

    Bartolo nsista li kieku kien għalih anke xogħol li mhux relatat mal-istudju jiġi akkreditat għax jemmen li x-xogħol mhux biss idarri lill-istudenti ma jkunux għażżenin imma jitgħallmu li biex taqta' il-frott trid tagħmel is-sagrifiċċju.

    Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni li għaddejja minnu l-lingwa Maltija fejn sostna li dan huwa l-iktar żmien diffiċli għax anke meta konna maħkumin ma kienx hawn politika lingwistika biex teqred il-Malti.

    Bartolo rrimarka kif kieku Spanja m'għadditnix lill-Kavallieri ta' San Ġwann aktarx li konna nispiċċaw nitkellmu l-Ispanjol kif ġara f'kolonji oħra fejn daħal l-obbligu li n-nies jitkellmu din il-lingwa.

    Fi żmien il-Kavallieri ma kienx hawn politika lingwistika għax ma kellhomx lingwa waħda mentri fi żmien l-Ingliżi dawn ma wrewx interess ħlief li l-Malti jintuża kontra t-Taljan.

    Bartolo sostna li imissna nistħu li mill-Indipendenza 'l hawn m'għaddejnix liġi dwar l-użu tal-lingwi uffiċjali u lmenta li kulma għandna referenza ġenerika fil-Kostituzzjoni għall-Malti u l-Ingliż imma liġi bħalma għaddew f'kolonji oħra li kisbu l-ħelsien le.

    “Nittama li fiż-żmien li ġej ngħaddu din il-liġi”, iddikjara Bartolo waqt li saħaq li t-tħaddim tal-Malti għandu jkun obbligatorju f'ħafna aktar oqsma.

    Huwa semma kif waħda mill-problemi li qed jiffaċċja l-Malti huwa li mhux jitħaddem biżżejjed fil-mezzi diġitali fejn saħaq li rridu nżidu l-kontenut diġitali kif ġara fl-aħħar jiem fejn 260 ktieb bil-Malti saru f'format diġitali.

    Bartolo semma kif l-ikbar sfida hija dik fost it-tfal ta' eta żgħira fejn dawn iktar jitkellmu mat-tablet u t-telefons ċellulari milli man-nies u għalhekk ikunu esposti għal lingwi oħra barranin.

    Huwa irrefera għaċ-ċekkjatur (spell checker) u semma kif ħamsa fil-mija biss iħossuhom kunfidenti biex jużaw il-Malti u dan qed iwassal biex hawn min jippreferi jikteb b'Ingliż ħażin milli b'Malti ħażin.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0