Simon Busuttil jinfexx f'attakk kontra Keith Schembri

  • Nov 12, 2019 19:28
  • Miktub minn iNews
"

    L-eks-Kap tal-PN Simon Busuttil iddikjara fil-Parlament li kieku konna qed ngħixu f'pajjiż ieħor iċ-Chief-of-Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri, kien jiġi arrestat u Joseph Muscat kien jiġi interrogat talli kien kompliċi u iddefendih.

    Huwa rrimarka kif b'dak li ġara fil-Qorti lbieraħ, fejn Schembri ċeda l-libell kontrih, inkitbet paġna ġdida fl-istorja ta' pajjiżna u issa kulħadd jista' jdur fuq Schembri u jgħidlu korrott kif ukoll fuq Muscat u jgħidlu li la ħallih fil-kariga kien korrott daqsu.

    Waqt li fl-awla Schembri kien pass 'il bogħod milli jiġi arrestat, Busuttil akkużah li bejn għażla li jwieġeb jew imur il-ħabs għażel li jċedi l-armi u rtira l-libell u b'hekk ikkonferma li kemm hu kif ukoll Daphne Caruana Galizia kienu qalu l-verita.

    Busuttil qal li Muscat gideb meta qal li ma jafx ta' min hi Macbridge u għamel żelqa oħra meta qal li ma jafx eżatt meta ltaqa' ma' Yorgen Fenech waqt li semma kif hemm diversi Laburisti ġenwini li huma diżgustati u irrabjati b'dak li qed jiġri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0