Il-Gvern bi ftehim ma' lukandi ewlenin biex jilqgħu Għawdxin, fosthom pazjenti, maqbudin Malta kaġun tal-maltemp

  • Nov 12, 2019 18:15
  • Miktub minn iNews
"

    Is-sospensjoni tas-servizz tal-Gozo Channel kaġun tal-maltemp effettwa mhux ftit lil dawk l-Għawdxin li kienu qasmu lejn Malta. U bil-maltemp u l-qawwa tal-baħar tibqa’ ma ttaffix is-servizz tal-Gozo Channel kellu jiġi sospiż anke għal matul il-lejl.

    Intant il-maniġment tal-Isptar Mater Dei fi stqarrija li għamel fuq il-paġna tal-Isptar fuq Facebook qal li grupp ta’ lukandi offrew numru limitat ta’ sodod għal dawk il-pazjenti Għawdxin li aktar kmieni llum kellhom appuntament Malta proprju fl-Isptar Mater Dei iżda li sforz il-maltemp sfaw maqbudin Malta u ma jistgħux jirritornaw lura lejn djarhom.

    Dawn il-pazjenti jistgħu jirrikorru l-lukandi DB Seabank Resort & Spa fil-Mellieħa jew fid-DB San Antonio & Spa fil-Qawra biex ikunu jistgħu jibukjaw il-kamra tagħhom għal dan il-lejl. L-ispejjeż standard marbutin mas-servizz tal-kiri tal-kmamar, inkluż il-breakfast, qed ikun kopert mill-Ministeru għas-Saħħa kemm għall-pazjent u massimu ta’ persuna waħda li kienet qed takkumpanja lill-pazjent u li se tkun qed taqsam l-istess kamra. Il-pazjenti huma mitlubin li jippreżentaw l-ittra tal-appuntament tagħhom fir-reception tal-lukandi.

    Intant il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana wkoll għamlet stqarrija biex dawk l-Għawdxin li kaġun tal-maltemp inqabdu ċ-Ċirkewwa jirrikorru l-lukanda Seabank fil-Mellieħa, San Antonio fil-Qawra, Paradise Bay Hotel fiċ-Ċirkewwa u d-Dolmen fil-Qawra fejn ikunu jistgħu jikru kmamar b’rati vantaġġjużi li ġew negozjati mill-Ministeru. Il-Ministeru talab lil dawk kollha li jagħmlu użu mis-servizz ta’ dawn il-lukandi biex iżommu l-irċevuti.

    Il-Ministru Caruana tennet ukoll li qegħdin isiru tentattivi biex jinstabu lukandi oħrajn.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0