Malta bid-doppju tal-medja fil-Mediterran b’każijiet ta’ Huntington

  • Nov 12, 2019 13:14
  • Miktub minn iNews
"

    Mistennija riżultati ġodda ta’ provi internazzjonali sal-aħħar tas-sena jew il-bidu tas-sena d-dieħla

    Minn lenti lokali, l-aktar stimi reċenti dwar il-każijiet tal-marda tal-Huntington huma ta’ madwar 12 għal kull 100,000 popolazzjoni. Dan huwa aktar mid-doppju tal-medja tal-Mediterran ta’ 5 għal kull 100,000.

    Ikkonferma dan ma’ Inewsmalta l-konsulent fil-ġenetika Prof. Christian Scerri hekk kif spjega li t-tfal tal-pazjenti bil-marda Huntington għandhom 50% ċans li jbatu minn din il-marda u li din taffettwa bl-istess mod iż-żewġ sessi. Prof. Scerri qal li min-naħa l-oħra s-sintomi jistgħu jdumu inqas jew aktar biex jidhru meta mqabbla mal-ġenituri. Lokalment jeżistu t-testijiet biex jiddeterminaw l-preżenza tal-marda.

    Il-marda tal-Huntington (HD) hija kundizzjoni li tintiret li tikkawża deġenerazzjoni progressiva ta' newroni fil-moħħ. Is-sinjali u s-sintomi ġeneralment jiżviluppaw bejn il-35 u l-44 sena u jistgħu jinkludu movimenti mhux ikkontrollati, telf ta' abbiltajiet intellettwali, u diversi problemi emozzjonali u psikjatriċi. Nies b’din il-marda normalment jgħixu għal madwar 15 sa 20 sena wara li tibda l-kundizzjoni. Sfortunatament, bħalissa m'hemm l-ebda kura għall-marda Huntington. L-għan attwali tat-trattament huwa li jnaqqas ir-ritmu tal-marda u jgħin lin-nies milquta jiffunzjonaw kemm jista' jkun u kemm jista' jkun b’mod komdu. 

    Strateġiji ta' trattament kurrenti jinvolvu l-użu ta' diversi mediċini biex jittrattaw sintomi speċifiċi bħal movimenti u mġieba anormali. Mistoqsi dwar x’tip ta’ trattament jingħata f’Malta, Prof. Scerri qal li dak li huwa disponibbli huwa biss sintomatiku - mediċina biex tiġġieled kontra l-movimenti u d-dipressjoni kif ukoll pariri psikoloġiċi. Id-depressjoni u s-suwiċidju huma aktar komuni fost in-nies affettwati, u għalhekk dawk li jieħdu ħsiebhom għandhom jimmonitorjaw is-sintomi assoċjati u jfittxu l-għajnuna jekk meħtieġ. Hekk kif is-sintomi tal-marda jmorru għall-agħar, in-nies affettwati għandhom bżonn aktar għajnuna, superviżjoni u kura.

    Il-konsulent fil-ġenetika qal, “fil-mument ma naf lil ħadd li jieħu sehem f’xi waħda mill-provi (trials). Meta wieħed iqis id-daqs ta’ Malta, il-preżenza ta’ sptar ċentrali wieħed u l-għadd kbir ta’ każijiet, hija ħasra li mhux qiegħed isir aktar biex jiġu attirati dawn it-tip ta’ trials f’Malta.”

    Fl-2017 midja internazzjonali kienet irrappurtat li saret skoperta ġdida f’dak li għandu x’jaqsam mal-marda tal-Huntington. Prof. Scerri spjega li l-iskoperta tal-2017 kienet tinvolvi l-produzzjoni ta’ żewġ biċċiet tad-DNA sintetiċi li jistgħu jimblokkaw il-produzzjoni tal-proteina anormali li tagħmel il-ħsara. 

    Huwa qal li bħalissa għaddejja prova klinika fuq pazjenti biex jassessjaw is-sigurtà u t-tollerabilità u r-riżultati għandhom jinħarġu sa tmien din is-sena jew kmieni s-sena d-dieħla. F’każ li dan ikun ta’ suċċess, il-prova klinika li jmiss se tħares dwar kemm hi effettiva biex tnaqqas jew twaqqaf il-marda.

    Il-Konsulent qal li sadanittant, grupp ieħor sab b’suċċess il-mod kif jimblokka b’mod permanenti dan il-ġene meta f’ta’ qabilha l-mediċina kellha tingħata regolarment.

    Rapporti juru li l-ewwel każ magħruf tal-marda tal-Huntington f'Malta jmur lura għall-1872. F'Jannar ta' dik is-sena, raġel li kellu madwar 70 sena kien iddaħħal f'ospizju fil-Furjana. Id-dijanjosi tiegħu kienet il-marda ta' Huntington - jew kif ġieli kienet tissejjaħ matul is-seklu 19: St. Vitus’ Dance.

    Fi studju li kien għamel il-Konsulent Psikjatrika Paul Cassar, każ ieħor li ġie ddjanjostikat f’Malta, din id-darba bħala Chronic Chorea, kienet mara ta’ 64 sena mill-Mosta li ddaħlet fl-Isptar Mentali fl-1888. L-ewwel pazjent li ġie ddijanjostikat li kellu l-Chorea ta’ Huntington kien raġel minn Ħal Għargħur li kien ammess fl-istess sptar f’Mejju tal-1916.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0