Ikkonfermat li l-kullari tal-elettriku għall-klieb mhumiex illegali

  • Nov 12, 2019 11:59
  • Miktub minn Carmen Cachia
"

    Il-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali jistqarr li f’pajjiżna dan is-suġġett għadu ma ġiex studjat fil-fond…

    “L-uffiċċju tiegħi ma jħarisx b’mod pożittiv lejn dawn il-kullari elettrici, iżda hawn Malta s-suġġett għadu ma ġiex studjat fil-fond u għalhekk dawn it-tip ta’ kullari, sakemm ix-xokk huwa minimu u ma jiġix aċċertat definitivament li x-xokk partikolari jikkostitwixxi maltrattament tal-kelb, għadhom jistgħu jintużaw u għalhekk jistgħu wkoll jinbiegħu.” Ikkonferma magħna l-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, Denis Montebello, wara li rrapportajna l-bejgħ u anke l-użu tal-kullari tal-elettriku fuq il-klieb f’pajjiżna.

    Montebello qal li t-trattment xieraq tal-annimali huwa regolat bil-Kap 439 tal-Liġijiet ta’ Malta li jipprovdi fl-Artikolu 8 (2) (3) li, “l-ebda  annimal  m’għandu  jiġi  mġiegħel  isofri  wġigħ, tbatija jew dwejjaq mingħajr bżonn u l-ebda annimal ma jista’ jiġi abbandunat. (3) Kull min iżomm l-annimali jew jaqbel li jżomm annimali, għandu jkun responsabbli għat-trattament xieraq tagħhom”.

    Il-Kummissarju kompla jikkwota l-liġi fejn qal li kullari mbagħad jissemmew l-ewwel darba fl-Avviz Legali 318 tal-2018 fejn ‘kullar’ ġie definit bhala “kullar iddisinjat speċifikament biex  jintuża  madwar l-għonq tal-kelb u li bl-ebda mod ma jipperikola saħħet il-kelb jew il-benesseri”.

    Għalhekk il-liġi ma tipprojbixxi ebda tip speċifiku ta’ kullar, wisq inqas dawk li jagħtu xokk elettriku lill-kelb. Kull kullar ikun irid jiġi studjat sew biex jiġi determinat li qabel ma jista’ jiġi wżat, ikun stabbilit jekk ikunx wieħed ‘adegwat’ fis-sens tal-Art 3 (3) tal-imsemmija regolamenti. Fil-fatt, l-Art. 6(2) tal-istess regolamenti jipprovdi li, “l-ebda tip ta’ tbatija m’hu permess li tiġi kkawżata fuq kwalunkwe kelb inkluż l-użu ta’ kullari jew trażżin inadekwat…”

    Huwa semma’ kif hemm diversi tipi ta kullari li jagħtu xokk elettriku fosthom dawk li jippermettu r-regolazzjoni tal-qawwa tax-xokk, dawk li jkunu operati mill-bogħod u dawk li jkunu sensittiv għall-ħoss jew viċinanza, però għadu għaddej dibattitu sħun bejn setturi interessati. Fejn uħud isostnu li dawn il-kullari għandhom ikunu pprojbiti, hemm setturi oħra li jfaħħru dawn il-kullari bħala ta’ benefiċċju billi x-xokk meta limitat, jgħin ħafna fl-addestrament tal-kelb u għalhekk anke fil-protezzjoni tiegħu minn perikolu u biex ma jkunx sorsi ta’ inkonvenjent lit-terzi.

    Denis Montebello temm billi ġibed l-attenzjoni li fl-Ingilterra, fil-fatt, huwa pproġettat li dawn it-tip ta’ kullari jiġu pprojbiti, għalkemm dan il-pass qiegħed jiġi kkritikat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0