Raġel jipprova jpattiha lit-tabiba ta' martu

  • Nov 12, 2019 11:21
  • Miktub minn iNews
"

    Imħallef laqa' it-talba ta' mara għas-separazzjoni minn ma' żewġha minħabba vjolenza domestika f'każ li fih irriżulta li f'mument minnhom huwa ried imur għat-tabiba li tat parir lil martu biex tirrapporta l-abbużi lill-Pulizija.

    Il-koppja żżewġet fl-1989 u għandha erbat itfal bil-mara rrakkuntat quddiem l-Imħallef Anthony Vella kif il-problemi bdew mill-għerusija imma minħabba li missierha heddidha li kien se jeħdilha l-art li taha biex tibni d-dar matrimonjali u għenha tibniha kompliet fit-triq taż-żwieġ.

    Hija xehdet li r-raġel kien ikun vjolenti mhux biss magħha imma mat-tfal meta dawn bdew jikbru u kienu jaqbżu għaliha u rrakkuntat kif spiċċat daħlet l-isptar minħabba uġiegħ f'sidirha.

    Meta iddeċidiet li titlaq mid-dar u bdiet tiġbor l-affarijiet żewġha qabadha u beda jsawwatha u spiċċat bi ġrieħi madwar ġisimha kollu nkluż f'wiċċha.

    Meta marret għand it-tabiba u din indunat li kellha t-tbenġil anke jekk ippruvat tgħattilha l-istess tabiba bagħtitha tagħmel rapport għand il-Pulizija u meta kellmet avukat żewġha ġiegħlha tieħdu l-poliklinika tal-Mosta biex ifittex lit-tabiba li kienet għamlitilha ċ-ċertifikat mediku imma hi ħarbet u marret l-għassa li hemm mal-istess poliklinika.

    Il-mara akkużat lil żewġha li qatt ma kien jattendi l-Parents' Day u attivitajiet oħra li kienu jikkonċernaw lit-tfal u lanqas kien iqatta' ħin magħhom.

    Hija semmiet ukoll kif wara li telqet mid-dar ma kellhix fejn tmur u l-Appoġġ bagħtitha f'dar apposta imma wara li telqet mid-dar ir-raġel baqa' jippersegwitaha, jgħajjarha u anke ipprova jsuq għal fuqha.

    Social worker li xehdet dwar il-każ irrimarkat kif waqt li l-mara kienet fix-xelter ir-raġel ħallilha l-fjuri u meta kienet toħroġ kien isegwiha tant li kellha tagħmel rapport.

    Kollega fuq ix-xogħol tar-raġel xehed li huwa kien jgħir anke meta kien jaraha tkellem mara oħra u semm kif meta ipprova jkellmu dan wieġbu biex ma jindaħalx.

    Waqt li semma kif kemm-il darba rah jgħajjat ma' martu u jagħmlilha idu ma' wiċċha dan l-istess kollega iddeskriva lir-raġel bħala “feroċi u vjolenti u kien donnu kellu x-xjaten fih”.

    Min-naħa tiegħu, ir-raġel ta' verżjoni differenti fejn sostna li ż-żwieġ kien sejjer tajjeb sakemm hija bdiet toħroġ ma' nisa li meta kienu iżgħar kienu jmorru l-iskola flimkien.

    Huwa semma li meta ġew biex jirranġaw id-dar ġab wieħed biex jgħinu u beda jissuspetta li dan kellu relazzjoni ma' martu fejn anke sostna li llum qegħdin f'relazzjoni flimkien.

    Ir-raġel ċaħad li kien vjolenti magħha għalkemm ammetta li fittex l-għajnuna ta' psikjatra u kien qed jieħu l-pilloli.

    Fost ix-xhieda li tella' kien hemm omm martu stess li qalet li ma temminx li huwa sawwat lil bintha u nsistiet li qatt ma rathielha tbenġil.

    Wara li sema liż-żewġ naħat u x-xhieda li ressqu, l-Imħallef Vella irrimarka li mir-rapport tal-psikjatri rriżulta li r-raġel huwa pussessiv u jgħir ħafna għal martu u meta telqitu waqa' f'dipressjoni tant li spiċċa għal xi jiem l-Isptar Monte Carmeli.

    Huwa ikkonkluda li t-tkissir taż-żwieġ kien tort tal-vjolenza li r-raġel ikkommetta fil-konfront ta' martu u għalhekk laqa' it-talba tagħha għas-separazzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0