“Il-mini u t-toroq fl-inħawi ta’ Pembroke, is-Swieqi u San Ġiljan se jaqdu biss lill-iżviluppaturi, l-aktar l-iżvilupp tad-db”

  • Nov 12, 2019 09:39
  • Miktub minn iNews
"

    Grupp ta’ NGOs – Archaeological Society of Malta, Attard Residents Environmental Network, Bicycle Advocacy Group, BirdLife Malta, Din l-Art Ħelwa, Flimkien Għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Futur Ambjent Wieħed, Green House, Isles of the Left, Moviment Graffitti, Nature Trust Malta, Ramblers Association Malta, Triq l-Għarbiel Residents Group u Żminijietna – flimkien ma’ grupp ta’ residenti minn Pembroke u s-Swieqi, qed iwissu li l-pjani ta’ Infrastructure Malta biex jibnew numru ta’ mini u toroq fl-inħawi ta’ Pembroke, is-Swieqi u San Ġiljan se jkunu qed iserbu lill-iżviluppaturi l-kbar.

    Stqarrija konġunta ppubblikata minn Żminijietna tgħid li l-parti l-kbira tal-mini u t-toroq ippjanti fl-inħawi minn Infrastructure Malta huma ddisinjatu biex jaqdu lill-iżviluppaturi l-kbar bi proġettu maħsubin fiż-żona, bl-istqarrija tagħmel tirreferi primarjment għall-proġett tad-db Group fuq is-sit fejn qabel kien hemm l-ITS.

    L-istqarrija żżid tgħid li skont il-pjani ta’ Infrastructure Malta, l-aċċess għal Pembroke u s-Swieqi mhu ħa jitħaffef bl-ebda mod u t-traffiku tal-biża’ li bħalissa qed jesperjenzaw ir-residenti se jibqa’ hemm.

    Il-grupp ta’ NGOs saħqu li minflok, il-proġett qed jipprevedi rotta twila – parti triq u parti mina – li twassal għall-proġett propost tad-db Group.

    L-istqarrija żżid tgħid li l-pjan propost se jwassal ukoll biex il-karozzi u t-traffiku jersqu eqreb lejn ir-residenzi f’Pembroke u fis-Swieqi b’saħansitra waħda mill-mini hija ppjanata li tinbena taħt Triq l-Għarbiel, li tmiss mad-djar ta’ mijiet ta’ residenti tas-Swieqi. L-NGOs tennew ukoll li dan il-proġett se jkun qed jaffettwa wkoll ħajjet ir-residenti matul iż-żmien tal-kostruzzjoni, li x’aktarx jieħu ħafna snin minħabba l-kumplessità tiegħu.

    Dan apparti l-qerda taż-żona naturali ta’ St Patrick’s, u l-impatt negattiv li se jkun qed ikollu fuq siti storiċi skedati kaġun tat-tħaffir għall-mini.

    L-istqarrija ttemm tgħid li l-għaqdiet u r-residenti jaqblu kompletament li fiż-żona hemm ħtieġa akuta ta’ titjib infrastrutturali iżda jesiġu li dan it-titjib għandu jsir biex iservi lill-poplu, biex itejbilhom il-kwalità ta’ ħajjithom, filwaqt li jipproteġi l-ambjent naturali, minflok li kulħadd jispiċċa minn taħt biex jinqdew ftit żviluppaturi.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0