Il-Pulizija ta’ St Petersburg arrestat storiku Russu magħruf fuq suspett ta’ omiċidju wara li fil-basket li kellu ma’ dahru nstab li kien hemm dirgħajn ta’ mara.
L-istoriku Oleg Sokolov kien fis-sakra u waqa’ fi xmara hekk kif hu allegatament kien qiegħed jipprova jeħles minn dawn id-dirgħajn. Wara din is-sejba, il pulizija marru d-dar tas-suspettat u hemm sabu l-katavru dikapitat ta’ studenta ta’ 24 sena. Il-vittma hija Anastasia Yeshchenko, li fil-passat hi u l-Professur Sokolov kitbu numru ta’ xogħlijiet flimkien.
Il-pulizija qalu li r-raġel ta’ 63 sena kien salvat mix-xmara Moika u arrestat fuq suspett ta’ qatil. Dan l-istoriku huwa l-awtur ta’ għadd ta’ kotba dwar Napuljun hu kien anke konsulent storiku fuq għadd ta’ films. Huwa kien ukoll membru ta’ Istitut Franċiż tax-Xjenza Soċjali, Ekonomija u Politika. Wara din is-sejba makabra huwa tneħħa minn din il-kariga.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.