“Nixtieq ngħidilhom li erġajt ġejt lura” … L-ewwel kumment tal-eks-President Brażiljan Lula lis-sostenituri tiegħu

  • Nov 10, 2019 09:03
  • Miktub minn iNews
"

    “Nixtieq ngħidilhom li erġajt ġejt lura,” saħaq l-eks-mexxej Brażiljan Luiz Inacio Lula, f’kummenti li għadda lil sostenituri tiegħu, jum biss wara li nħeles mill-ħabs.

    Id-diskors ta’ Lula fil-biċċ l-kbira tiegħu ffoka fuq kif irid li jingħeleb il-President attwali Brażiljan Bolsonaro u l-ħtieġa li jitjiebu l-kundizzjonijiet ekonomiċi għall-klassi tal-ħaddiema.

    Lula, li kien President tal-Brażil mill-2003 sal-2010, anke kkritika lil lista ta’ għedewwa politiċi, fosthom Bolsonaro, il-Ministru għall-Ekonomija Paulo Guedes, u l-Ministru għall-Ġustizzja Sergio Moro.

    Tenna li Guedes qed jipprova jibni l-ekonomija Brażiljana fuq il-mudell taċ-Ċilì, meqjus bħala mudell għal governanza finanzjarja konservattiva. Madankollu Lula qal li dik l-istess politika qed twassal għal protesti kbar fil-pajjiż ġar tal-Brażil.

    Imħallef ordna li Lula jinħeles mill-ħabs fejn kien qed jinżamm nhar il-Ġimgħa li għadda. Dan jum wara li l-Qorti Suprema Brażiljana f’deċiżjoni ġabet fi tmiemha l-priġunerija mandatorja lil dawk il-kriminali li jinstabu ħajtin wara li jitilfu l-ewwel appell tagħhom.

    Lula kien instab ħati fuq akkużi ta’ korruzzjoni, u kien qed jiskonta sentenza ta’ kwżi disa’ snin priġunerija.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0