Il-President tal-Bolivja jwissi dwar kolp ta' stat wara rivolta mill-pulizija

  • Nov 10, 2019 08:01
  • Miktub minn iNews
"

    Il-President tal-Bolivja Evo Morales sejjaħ għal taħditiet urġenti mal-Oppożizzjoni wara jiem ta’ kaos li kienu jinkludu wkoll allegat kolp ta’ stat fost il-qawwiet tas-sigurtà.

    “Biex tibqa’ tirrenja l-paċi, insejjaħ urġentement għal taħditiet ma’ rappreżentanti tal-partiti li rebħu siġġijiet fil-Parlament fl-elezzjonijiet,” saħaq Morales.

    Huwa anke għamel appell lill-Papa, u lil organizzazzjonijiet internazzjonali biex “jingħaqdu fl-ilment tagħna kontra dawk il-gruppi anti-demokratiċi li niedew kolp ta’ stat fil-Bolivja.”

    Il-President Bolivjan nhar il-Ġimgħa kien wissa li gruppi vjolenti kienu niedew kolp ta’ stat wara li rivolta minn pulizija kienet rapportata f’diversi reġjuni.

    Ir-rimarki tal-President Morales waslu wara li l-midja lokali rrapportat li unitajiet tal-pulizija f’mill-inqas erba’ reġjuni kienu ddeċidew li jirribellaw kontra l-Gvern.

    “Id-demokrazija tagħna tinsab f’riskju minħabba l-kolp ta’ stat li gruppi vjolenti niedew biex jimminaw l-ordni kostituzzjonali,” huwa kkummenta fuq il-profil tiegħu ta’ Twitter.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0