Kitba fuq il-Ħajt ta' Berlin għadha tqajjem emozzjoni 30 sena wara li twaqqa' b'idejn il-Germaniżi

  • Nov 09, 2019 16:07
  • Miktub minn iNews
"

    Mingħajr ma kienu jafu, jum minnhom fis-sena 1961, in-nies li qasmu mill-punent għall-ilvant ta' Berlin, b'mod temporanju għax-xogħol jew biex iżuru xi qraba, kien se jkollhom jistennew snin sħaħ biex jerġgħu lura lejn djarhom u biex jerġgħu jingħaqdu mal-maħbubin tagħhom. Dan kollu kien after-shock tat-Tieni Gwerra Dinjija. In-nies ma basrux li ftit wara kienu se jergħu jesperjenzaw gwerra oħra, il-Gwerra Bierda, li wasslet għall-bini tal-Ħajt ta' Berlin.  

    Il-Gwerra Bierda, ibbażata fuq pika, politika, ekonomija u propaganda kbira lil hinn miż-żewġ gwerrer preċedenti għax ma kinitx gwerra ta’ vjolenza, iżda waħda ta’ theddid, minkejja dan il-periklu kien wieħed kbir hekk kif iż-żewġ poteri kellhom arma aktar potenti minn xi bomba jew arma tan-nar, arma nukleari. Tant kellhom poter f'idejhom li din il-Gwerra ġiet deskritta bħala, "żewġ stati potenti (jew aktar), kull wieħed b'arma li permezz tagħha miljuni ta' nies [setgħu] jinqatlu fi ftit sekondi.” 

    Lejn l-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinija saru żewġ konferenzi, Yalta u Potsdam, bil-għan li jaqsmu t-territorji Ġermaniżi bejn erba' stati biex b’hekk ikun hemm iktar kontroll fuqha u jevitaw li tfaqqa’ gwerra oħra. L-erba’ stati kienu; l-Unjoni Sovjetika li ħadet in-naħa tal-Lvant tal-Ġermanja, filwaqt li l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u eventwalment Franza ħadu n-naħa tal-Punent. 

    F’dak il-perjodu n-naħa tal-punent ta’ Berlin kienet meqjusa bħala l-belt kapitalista fil-Lvant tal-Ġermanja, territorju kommunista. “[il-Punent] hija għadma mwaħħla f’għonq sovjetiku”,qal Khrushchev, il-mexxej sovjetiku ta’ dak iż-żmien. 

    Is-sovjetiku, prova jelimina kull traċċa kapitalista mil-lvant tal-Ġermanja. It-tattika krudili tiegħu kienet li ma jdaħħalx ikel fil-punent bil-għan li jkeċċi l-alleati tal-punent il-bogħod mill-belt, illum dan huwa magħruf bħala; the blockade of West Berlin. Minkejja dan permezz tal-isforz tal-Istati Uniti l-ikel beda jitqassam xorta permezz ta’ trasportazzjoni bl-ajru. Il-Berlin Airlift dam għaddej għal aktar minn sena u qassmu madwar 2.3 miljun tunellata t’ikel, fjuwil u merkanzija oħra. 

    Il-ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser

    It-tensjoni kompliet tiżdied hekk kif il-pika bejn l-Unjoni Sovjetika u l-Istati Uniti bdiet tikber kontinwament. Wara li s-satellita Sputnik ittellat fl-ispazju sena wara l-iSpace Race fl-1958,is-sitwazzjoni kompliet teskala hekk kif is-Sovjetiċi ħassewhom imbarazzati bl-influss qawwi ta’ nies li bdew jemigraw lejn il-Punent. L-ammont ta’ nies li telqu mil-Lvant kienu ta’ tliet miljun ruħ f’perjodu ta' 10 snin. Is-Sovejtiċi kienu nkwetati għax ħafna minn dawn l-individwi kienu ħaddiema żgħażagħ b’ħiliet li għalihom kienu importanti kemm b’mod ekonomiku, kif ukoll b’mod prattiku, fosthom tobba, għalliema u inġiniera. 

    Waħda mir-raġunijiet għala kien hemm ċaqliq sostanzjali tal-popolazzjoni ta’ bejn iż-żewġ territorji, apparti l-kwalità ta’ ħajja u xogħlijiet, kienet li fin-naħa tal-Lvant kien hemm kriżi ekonomika filwaqt li fil-Punent kien seħħ “Wirtschaftswunder”, miraklu ekonomiku, li ma’ setax ikun possibbli mingħajr  in-numru ta’ sussidji mogħtija mill-alleati.

    F’Ġunju tal-1961, madwar 19,000 ħarbu mit-territorju Sovjetiku  mill-Berlin. Ix-xahar ta’ wara telqu madwar 30,000 oħra, fl-ewwel 11-il ġurnata t’Awwissu 16,000 qasmu l-fruntiera għan-naħa tal-Punent ta’ Berlin filwaqt li fit-12 t’Awwissu, 2,400-il persuna telqu. Din hija meqjusa bħala ġurnata kruċjali li qajmet id-diskussjoni għal bini ta’ ħajt. 

    Dakinhar stess Khrushchev ta l-permess lill-Gvern tan-naħa tal-Lvant tal-Ġermanja biex iwaqqfu l-influss ta' emigranti billi jgħalqu l-fruntiera darba għall-dejjem. 

    Mingħajr ma kienu jafu, dakinhar, in-nies li qasmu l-fruntiera temporanjament (għax-xogħol jew biex iżuru xi qraba), kien se jkollhom jistennew snin sħaħ biex jerġgħu lura lejn djarhom u biex jerġgħu jingħaqdu mal-maħbubin tagħhom. 

    U d-dinja nqasmet fi tnejn…

    Id-dinja kienet għaddejja minn perjodu ta’ inkwiet u niket. Wara aktar minn 50 sena f’diversi gwerrer kbar, b’possibiltà li tfaqqa xi gwerra oħra minn ħin għall-ieħor. Għalhekk wieħed jista’ jimmaġina x’kienet ir-reazzjoni tan-nies għal dak li kien qal il-President Amerikan, John F. Kennedy, fejn qal li, "ħajt huwa ferm aħjar minn gwerra” u sentejn biss wara dan, f'wieħed mill-iktar indirizzi famużi tal-presidenza tiegħu lil folla ta' aktar minn 120,000 ruħ, huwa qal ukoll ,“Jiena Berliner".

    L-għada filgħodu li Khruschev beda l-proċess tal-bini ta’ ħajt ir-residenti li kienu joqogħdu fil-viċinanzi, qamu bil-veduta ta’ truppi u ħaddiema mil-Lvant tal-Ġermanja jqattgħu t-toroq li jagħmlu parti mill-fruntiera bil-għan li jagħmluha diffiċli biex tgħaddi minnhom. Installaw barbed wire u ċnut ta’ madwar 156km (97mil) madwar it-tliet setturi tal-punent u ramaw ukoll,  43km (27) li kien jaqsam b’mod preċiż il-Punent u l-Lvant ta’ Berlin. 

    Fejn qabel setgħu jaqsmu l-fruntiera b’mod liberu, issa kellhom jgħaddu minn tliet punti ta’ kontroll; Helmsedt magħruf bħala checkpoint Alpha, Dreilinden magħruf bħala checkpoint Bravo u l-iktar wieħed famuż; Friedrichstrasse magħruf bħala checkpoint Charlie. Minkejja li kien hemm dawn il-punti kienet diffiċli u rari ħafna li wieħed kien ikollu l-permess li jgħaddi minn dawn il-punti, tant li total ta’ 171-il persuna li ppruvat tgħaddi minn taħt, minn fuq jew minn mal-ħajt, sfaw maqtula. 

    Minkejja dan fi 28 sena aktar minn 5,000 Ġermaniż min-naħa tal-Lvant inkluż 600 gwardjan, irnexxilhom jaqsmu l-fruntiera permezz ta’ hot air ballons, jaqbżu mit-twieqi, jaqbżu minn fuq barbed wire, ħarbu mill-kanali tad-drenaġġ u saqu b’veloċità għolja lejn partijiet tal-ħajt li mhux imsaħħin daqs partijiet oħra.

    Id-dinja reġgħet ingħaqdet

    Hekk kif il-gwerra bierda kienet waslet biex tintemm anke r-rivalità bejn l-Unjoni Sovjetika u t-tliet alleati bdiet tonqos. 

    Fid- 9 ta’ Novembru, 1989, il-kelliem għall-Partit Komunista ta’ Berlin tan-naħa tal-Lvant, Günter Schabowski,  ħabbar bidla fir-relazzjonijiet tal-belt tiegħu ma’ dik tan-naħa tal-Punent.  Minn nofsillejl 'il quddiem iċ-ċittadini tar-Repubblika Demokratika Ġermaniża (GDR) kienu liberi u setgħu jaqsmu l-fruntieri tal-pajjiż. 

    Għajjat u kuntentizza spikkat bil-belt il-maqsuma, “Tor auf!” qalu, “iftħu l-bieb!”.

    F’dik it-tmiem il-ġimgħa aktar minn zewg miljun persuna min-naħa tal-Lvant żaru lil dawk tal-punent biex jiċċelebraw flimkien f’ dak li ġurnalist ddeskriva bħala, “l-ikbar celebrazzjonijet fl-istorja tal-umanità.” Tant kienu ddejqu bis-sitwazzjoni u bil-ħajt innifsu li n-nies stess bdew ifarrkuh u jwaqqgħuh tant li bdew jissejħu bħala “mauerspechte” jew aħjar “woodpeckers tal-ħajt” filwaqt li krejnijiet u bulldozers waqqgħu l-ħajt biċċa, biċċa.  Minkejja dan, l-unjoni ta’ Berlin seħħet b’mod uffiċjali sena wara, fit-3 ta' Ottubru 1990.

    Illum il-ġurnata fuq il-ħajt hemm miktub, “huwa proprju llum, li l-gwerra tassew spiċċat,” frażi simbolika li mhux biss turi li fl-aħħar in-nies kienu straħu, iżda li wara 30 sena tibqa’ tkexkxek u tqanqal emozzjonijet kbar meta taqraha. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0