“Tiġġudikanix bla ma tafni” … Iħallihom bla kliem meta sabu li hu ma kienx mess qatra alkaħol ma’ ħalqu

  • Nov 09, 2019 13:14
  • Miktub minn iNews
"

    “Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalija li rnexxieli nħalli lill-uffiċjali bla kliem”. Hekk beda biex jgħidilna Dwardu, wieħed mill-membri ta’ Kapitlu 13 li lbieraħ filgħaxija twaqqaf biex isirlu t-test tal-bretiliżer.

    Filwaqt li spjega li huwa jifhem li dawn l-uffiċjali kienu qegħdin jagħmlu xogħolhom, kompla jgħidilna li hu mill-ewwel induna li kienu ttimbrawh bħala “kkundannat bla provi”.

    Ġara iżda li dawn ma kinux jafu li Dwardu ftit li xejn ifittex ix-xorb u li hu jħobb igawdi mod ieħor billi joħroġ lil sħabu, imorru jieklu xi ħaġa jew jiltaqgħu jgħidu kelma u hu jerfa’ r-responsabbilità li jwassalhom lura.

    Infatti Dwardu qalilna li jiddispjaċih li ma għandux rikordju tal-ħarsa li tawh meta t-test irriżulta fin-negattiv għax hu ma kienx mess qatra alkaħol ma’ ħalqu.

    Filwaqt li appella lis-sewwieqa kollha biex jekk se jixorbu ma jsuqux, Dwardu xtaq ixerred appell b’mod ġenerali biex ma niġġudikawx lil dak li jkun mingħajr ma nkunu rfisna fiż-żarbun tiegħu.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0