ATTENTI! Iħabbat residenzi fiż-Żurrieq jgħid li hu tal-ARMS ... Iċċempel u tikkonferma li ma kienu bagħtu lil ħadd

  • Nov 09, 2019 11:43
  • Miktub minn iNews
"

    Residenta fiż-Żurrieq qiegħda tappella lill-pubbliku biex joqgħod attent minn persuni b’intenzjonijiet qarrieqa.

    Jidher li fl-aħħar jiem raġel intlemaħ idur fl-inħawi u skont l-istess residenta beda jħabbat u jgħid li hu mill-ARMS.

    Jidher li r-raġel ma kienx waħdu li barra kien hemm raġel ieħor jistennih f’karozza griża. Din ir-residenta kompliet tispjega li r-raġel mill-ewwel deher suspettuż hekk kif “la kellu meter reader u lanqas tag sura”.

    Ir-raġel talab biex jidħol ġewwa, iżda r-residenta rrifjutat li taċċetta għax normalment ikunu l-ARMS stess li jaqraw il-meter b’mod dirett.

    Din il-mara ċemplet lill-ARMS u kkonfermawlha li ma kienu bagħtu lil ħadd. Hija kkonfermat li kienet għamlet rapport l-għassa taż-Żurrieq.

    Din mhix l-ewwel darba li qegħdin isiru appelli simili hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu kienu l-ARMS stess li ħarġu stqarrija biex il-pubbliku joqgħod attent.

    Aqra wkoll: http://inewsmalta.com/article.php?ID1=85280

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0