Under 21: Silvio Vella jsejjaħ l-iskwadra għal kontra d-Danimarka

  • Nov 09, 2019 00:35
  • Miktub minn iNews
"

    Il--coach nazzjonali Malti ta’ Taħt il-21 sena, Silvio Vella, sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 23 player għall-konfront minn Grupp 8 tar-round ta’ kwalifikazzjoni tal-Kamjpjonat Ewropew, kontra d-Danimarka. Il-logħba se tintlagħab, fid-19 ta’ Novembru, f’Aalborg Stadium, fis-6.00 pm.

    Id-difensur ta’ Sliema Wanderers Kurt Shaw jinsab lura fl-iskwadra wara li x-xahar l-ieħor għamel id-debutt fit-tim nazzjonali tal-kbar, bil-midfielder Matthew Guillaumier ukoll jinsab fl-iskwadra hekk kif tilef l-aħħar logħbiet minħabba li kien imweġġa’. Ritorn ieħor huwatal-attakkant ta’ Gudja United Aidan Jake Friggieri li ma lagħbx fl-aħħar konfront kontra l-Finlandja minħabba. Dawn huma aħbarijiet tajbin għal Vella qabel konfront kontra d-Daniżi li għandu jirriżulta bħala wieħed ferm diffiċli hekk kif jinsabu b’punti massimi minn tliet logħbiet.

    Iżda nieqes minn din l-iskwadra hemm id-difensur ta’ Sliema Wanderers Michele Sansone li hu wieħed mill-aktar plejers li ilu fl-iskwadra u bħalissa qed isofri minn injury. F’din l-iskwadra hemm tliet uċuh ġodda hekk kif il-coach nazzjonali sejjaħ lid-difensur ta’ Hamrun Spartans Darren Borg, lill-midfielder Loumar Cutajar li jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni ma’ St. George’s u Nevin Portelli li qed jimpressjona ferm ma’ Tarxien Rainbows.

    It-team Malti sa issa lagħab tliet logħbiet barra l-pajjiż, bi draw kontra l-Irlanda ta’ Fuq u telfiet ta’ 4-0 kontra l-Ukrajna u l-Finlandja. Vella jagħżel l-iskwadra finali ta’ 20 player qabel tħalli pajjiżna lejn id-Danimarka,is-Sibt 16 ta’ Novembru.

    L-iskwadra Maltija hija:

    Goalkeepers: Timmy Aquilina (Gudja United), Andreas Vella (Mosta)

    Difensuri: Jean Borg (Valletta), Dejan Debono (Senglea Athletic), Darren Borg (Ħamrun Spartans), Nicholas Pulis (Valletta), Zachary Karl Grech (Balzan), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Zachary Cassar (Gudja United), Gary Camilleri (Tarxien Rainbows)

    Midfielders: Myles Beerman (Hibernians), Marcus Grima (Balzan), Loumar Cutajar (St. George’s), Nevin Portelli (Tarxien Rainbows), Jamie Zerafa (Santa Lucia), David Xuereb (Senglea Athletic), Aidan Friggieri (Gudja United), Jan Tanti (Senglea Athletic), Matthew Guillaumier (Birkirkara), Ayrton Attard (Hibernians)

    Attakkanti: Jan Busuttil (Floriana), Zachary Brincat (Mosta), Omar Elouni (Santa Lucia)

    FacebookTwitterWhatsAppMore

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0