Akkużat li ta fastidju lin-nies bl-użu ta' sikkina

  • Nov 08, 2019 15:23
  • Miktub minn iNews
"

    Raġel ta' 32 sena mill-Imsida kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest…

    Ans Algheziwi, raġel ta' 32 sena imwieled Tripli u residenti l-Imsida, wieġeb mhix ħati għall-akkużi ta' ksur tal-kundizzjonijiet imposti fuqu minn sentenza preċedenti, kif ukoll il-ġarr ta' sikkina.

    Kien nhar l-Erbgħa 6 ta' Novembru għall-5.30 a.m. meta l-Pulizija kienet imsejħa, wara li raġel kien deher jinfastidixxi numru ta' persuni ġewwa Triq Testaferrata, l-Gżira. Mal-wasla tal-pulizija, ix-xhieda ppuntaw lejn Algheziwi, li f'idu kellu strument jaqta' bil-ponta.

    Il-Pulizija, wara li kellmu lill-akkużat, saru jafu li huwa kien qiegħed jikser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien tal-arrest imposti fuqu minn Qorti oħra, minħabba li kien qiegħed barra mir-residenza tiegħu qabel is-7.00 a.m.

    Algheziwi, li jaħdem bħala bennej, wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu. Fis-sottomissjonijiet tagħha, l-avukat difensur tal-għajnuna legali Martin Fenech, saħaq li r-reat li bih l-imputat kien qiegħed jiġi akkużat ma kienx wieħed ta' natura gravi, u allura ma timmeritax li ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest.

    Min-naħa l-oħra, l-Ispetturi Colin Sheldon u Roxanne Tabone, li kienu qegħdin imexxu l-prosekuzzjoni, oġġezzjonaw għat-talba tad-difiża, u tennew kif il-fatt li kien qiegħed jikser il-kundizzjonijiet imposti fuqu minn sentenza preċedenti "tfisser li l-vittma m'għadux, u m'għandux jibqa jibbenefika minn dan il-privileġġ mogħti mill-Qorti."

    Il-Qorti ċaħdet it-talba tal-avukat difensuri, u sostniet li kien hemm "nuqqas ta' affidabbilità" fil-konfront tal-imputat.

    Il-Maġistrat Astrid May Grima ppresediet il-każ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0